Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/124/07

    Sentenza tal-Qorti tad- 19 ta' Diċembru 2008 fil-Kawżi Konġunti E-11/07 u E-1/08 bejn: Olga Rindal (Kawża E-11/07); Therese Slinning, irrapreżentata mit-tutur legali Olav Slinning (Kawża E-1/08) kif ukoll L-Istat Norveġiż, irrapreżentat mill-Bord tal-Eżenzjonijiet u l-Appelli għal Kura Barra l-Pajjiż; (Sigurtà Soċjali – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Sistemi tal-assigurazzjoni tas-saħħa nazzjonali – Spejjeż għal kura fi sptar ġewwa Stat taż-ŻEE ieħor – Kura sperimentali jew bi prova)

    ĠU C 124, 4.6.2009, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 124/17


    SENTENZA TAL-QORTI

    tad-19 ta' Diċembru 2008

    fil-Kawżi Konġunti E-11/07 u E-1/08 bejn: Olga Rindal (Kawża E-11/07); Therese Slinning, irrapreżentata mit-tutur legali Olav Slinning (Kawża E-1/08) kif ukoll L-Istat Norveġiż, irrapreżentat mill-Bord tal-Eżenzjonijiet u l-Appelli għal Kura Barra l-Pajjiż;

    (Sigurtà Soċjali – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Sistemi tal-assigurazzjoni tas-saħħa nazzjonali – Spejjeż għal kura fi sptar ġewwa Stat taż-ŻEE ieħor – Kura sperimentali jew bi prova)

    2009/C 124/07

    Fil-kawżi konġunti E-11/07 and E-1/08, bejn Olga Rindall (Kawża E-11/07), u Therese Slinning (Kawża E-1/08) u l-Istat Norveġiż, irrapreżentat mill-Bord tal-Eżenzjonijiet u l-Appelli għall-Kura Barra l-Pajjiż – TITLOB lill-Qorti permezz il-Borgarting lagmannsrett (il-Qorti tal-Appell ta' Borgarting) u l-Oslo tingrett (Il-Qorti Distrettwali ta' Oslo), dwar l-interpretazzjoni tar-regoli dwar il-libertà tal-moviment tas-servizzi fiż-Żona Ekonomika Ewropea, b'mod partikolari l-interpretazzjoni tal-Artikoli 63 u 37 tal-Ftehim taż-ŻEE, u l-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, [għall-persuni self-employed] u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, kif addattat għall-Ftehim taż-ŻEE minn Protokoll 1 tiegħu, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President u Mħallef-Rapporteur, Henrik Bull and Thorgeir Örlygsson, Imħallfin, iddeċidew is-sentenza fid-19 ta' Diċembru 2008. li l-parti operattiva tiegħu hija kif ġej:

    1.

    Ir-rifjut li jkunu koperti l-ispejje¿ għall-kura barra mill-pajjiż, li skont il-mediċina internazzjonali għandhom ikunu kkunsidrati bħala sperimentali jew kura bi prova, jista' jkun kompattibbli mal-Artikoli 36 u 37 tal-Ftehim taż-ŻEE, meta persuna ma tkunx intitolata għal din il-kura fl-Istat tal-oriġini. L-ewwel nett, dak ikun il-każ jekk fis-sistema ta' rifużjoni tal-ispejjeż tal-kura barra mill-pajjiż ma jpoġġix oneru itqal fuq dawk li jirċievu l-kura barra l-pajjiż minn dawk li jirċievu l-kura fl-isptarijiet li jiffurmaw parti mis-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat tal-oriġini. It-tieni nett, jekk ikun il-każ li tali oneru itqal ikun irriżulta biss minn mezzi neċessarji u raġonevoli li jkunu qegħdin jiġu u¿ati sabiex jintlaħqu għanijiet li jistgħu jiġġustifikaw restrizzjonjiet fuq il-libertà ta' moviment tas-servizzi tal-isptar.

    2.

    Huwa fatt mingħajr relevanza li l-metodu ta' kura nnifsu huwa rikonoxxut f'livell internazzjonali u ddokumentat għal indikazzjonjiet mediċi differenti minn dawk li għandu l-pazjent inkwistjoni.

    Huwa mingħajr relevanza għat-tweġiba għall-ewwel mistoqsija li l-metodu ta' kura inkwistjoni għandu jiġi kkunsidrat li jkun implimentat fl-Istat tal-oriġini li jipprovdieh biss fil-forma ta' proġetti ta' riċerka jew, eċċezzjonalment, fuq bażi ta' każ b'każ. Lanqas ma għandu relevanza li l-Istat tal-oriġini qiegħed jikkunsidra l-implimentazzjoni tiegħu fil-ġejjieni.

    3.

    Fil-każ li l-pazjenta fl-Istat tal-oriġini tkun tista’ tiġi offruta kura medika xierqa vvalutata skont il-metodi aċċettati internazzjonalment f’perjodu limitat ta’ ¿mien li jkun medikament iġġustifikat, ir-rifjut li jkunu koperti l-ispejjeż għall-kura fi sptar barra mill-pajjiż jista' jkun kumpatibbli mal-Artikoli 36 u 37 tal-Ftehim taż-ŻEE.

    Huwa mingħajr relevanza għat-tweġiba għat-tielet mistoqsija li l-pazjenta, wara li tkun iddeċidiet li tingħata kura barra mill-pajjiż minflok kura xierqa fil-pajjiż tal-oriġini, din ma tkunx koperta għall-ispejjeż għall-kura barra mill-pajjiż bl-istess spiża li kienet tkun tiswa l-kura li tingħata fil-pajjiż tal-oriġini.

    4.

    Huwa mingħajr relevanza għat-tweġibiet għall-ewwel u għat-tielet mistoqsija, tal-ewwel paragrafu, li

    bħala stat ta’ fatt l-Istat tal-oriġini ma joffrix il-kura li tingħata barra mill-pajjiż;

    il-pazjenta bħala stat ta' fatt ma ġietx offruta il-kura inkwsitjoni fl-Istat tal-oriġini, peress illi l-pazjenta qatt ma ġiet eżaminata għal dik il-kura, anki jekk il-kura hija offruta hemmhekk;

    il-pazjenta kenitx e¿aminata fl-Istat tal-oriġini, iżda li ma kinitx offruta aktar kura kirurġika minħabba li l-pazjenta mhix ikkunsidrata li qed tieħu l-benefiċju dokumentat mill-kura;

    bil-kura li ngħatat barra mill-pajjiż fil-fatt ikun irri¿ulta li kien hemm titjib fl-istat ta’ saħħa tal-pazjenta speċifika.

    Madanakollu, jista' jkun ta' relevanza għall-ewwel paragrafu tat-tielet mistoqsija, li l-pazjenta inkwistjoni, fl-ambitu ta' terminu ta' żmien li hu medikament ġustifikabbli, bħala stat ta' fatt ma ġietx offruta kura adwegwata fl-Istat tal-oriġini. Dan jiġri meta l-Istat tal-oriġini jirrifjuta li jkopri kura barra mill-pajji f'sitwazzjoni li ma meta ma kienx kapaċi, f'terminu ta' żmien li hu medikament ġustifikabbli, li jissodisfa obbligu taħt il-liġi tas-sigurtà soċjali proprja f'wieħed mill-isptarijiet tiegħu stess.


    Top