This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2008/328/10
Call for proposal 2009 — Youth in Action Programme 2007-2013
Sejħa għal proposti 2009 — Programm Żgħażagħ f'Azzjoni 2007-2013
Sejħa għal proposti 2009 — Programm Żgħażagħ f'Azzjoni 2007-2013
ĠU C 328, 23.12.2008, p. 33–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 328/33 |
Sejħa għal proposti 2009 — Programm Żgħażagħ f'Azzjoni 2007-2013
(2008/C 328/10)
Introduzzjoni
Din is-sejħa għal proposti hi bbażata fuq id-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006, li tistabbilixxi l-Programm Żgħażagħ f'Azzjoni mill-perjodu 2007 sal-2013, li minn hawn 'il quddiem jissejjaħ “Żgħażagħ f'Azzjoni”. Il-kundizzjonijiet iddettaljati ta' din is-sejħa ta' proposti jinstabu fil-Gwida tal-Programm tal-Programm Żgħażagħ f'Azzjoni (2007-2013) ippubblikata fil-websajt Europa (ara l-punt VIII). Il-Gwida tal-Programm tikkostitwixxi parti integrali ta' din is-sejħa għal proposti.
I. Għanijiet u prijoritajiet
L-għanijiet ġenerali ddikjarati fid-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-Programm Żgħażagħ f'Azzjoni huma dawn li ġejjin:
— |
il-promozzjoni b'mod ġenerali ta' ċittadinanza attiva taż-żgħażagħ u taċ-ċittadinanza Ewropea tagħhom b'mod partikolari, |
— |
l-iżvilupp tas-solidarjetà u l-promozzjoni tat-tolleranza fost iż-żgħażagħ, b'mod partikolari sabiex tiġi inkoraġġuta l-koeżjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea, |
— |
l-inkoraġġiment għal komprensjoni reċiproka bejn iż-żgħażagħ f'pajjiżi differenti, |
— |
il-kontribuzzjoni biex tiġi żviluppata l-kwalità ta' sistemi ta' appoġġ għall-attivitajiet taż-żgħażagħ u l-kapaċitajiet ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-qasam taż-żgħażagħ, |
— |
il-promozzjoni ta' kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ. |
Dawn l-għanijiet ġenerali għandhom jiġu implimentati fuq il-livell ta' proġett billi jiġu kkunsidrati l-prijoritajiet permanenti li ġejjin:
— |
iċ-ċittadinanza Ewropea, |
— |
il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, |
— |
id-diversità kulturali, |
— |
l-inklużjoni ta' żgħażagħ b'inqas opportunitajiet. |
Barra mill-prijoritajiet permanenti msemmija hawn fuq, il-prijoritajiet annwali tal-2009 huma:
— |
is-sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni, |
— |
il-parteċipazzjoni attiva ta' żgħażagħ fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, |
— |
il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, |
— |
l-isport bħala għodda biex jiġu promossi ċ-ċittadinanza attiva u l-inklużjoni soċjali għaż-żgħażagħ, |
— |
il-promozzjoni ta' stili ta' ħajja b'saħħitha permezz ta' attivitajiet fiżiċi inkluż l-isport, |
— |
il-promozzjoni tal-inklużjoni ta' żgħażagħ b'diżabbiltajiet, |
— |
il-ħolqien ta' kuxjenza dwar l-isfidi dinjin (bħall-iżvilupp sostenibbli u l-bidla fil-klima), |
— |
l-involviment taż-żgħażagħ fir-reviżjoni tal-qafas Ewropew ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-politika taż-żgħażagħ, |
— |
id-djalogu interkulturali. |
II. Struttura tal-Programm Żgħażagħ f'Azzjoni
Sabiex jilħaq l-għanijiet tiegħu, il-Programm Żgħażagħ f'Azzjoni jipprevedi ħames azzjonijiet operattivi.
Din is-sejħa għal proposta tikkonċerna s-sostenn għall-Azzjonijiet u Sottoazzjonijiet li ġejjin elenkati hawn taħt:
Azzjoni 1 — Żgħażagħ għall-Ewropa
— |
Sottoazzjoni 1.1 — Skambji ta' Żgħażagħ (li jdumu sa 15-il xahar): L-Iskambji taż-Żgħażagħ joffru opportunità għal gruppi ta' żgħażagħ minn pajjiżi differenti biex jiltaqgħu u jitgħallmu dwar il-kulturi ta' xulxin. Il-gruppi jippjanaw flimkien l-Iskambju taż-Żgħażagħ tagħhom madwar tema ta' interess reċiproku. |
— |
Sottoazzjoni 1.2 — Inizjattivi għaż-Żgħażagħ (li jdumu minn tliet xhur sa 18-il xahar): L-Inizjattivi taż-Żgħażagħ isostnu proġetti ta' gruppi mfassla fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali. Tappoġġja wkoll in-netwerking ta' proġetti simili bejn pajjiżi differenti, sabiex jissaħħaħ l-aspett Ewropew tagħhom u titkabbar il-kooperazzjoni u l-iskambji tal-esperjenzi bejn iż-żgħażagħ. |
— |
Sottoazzjoni 1.3 — Proġetti Żgħażagħ u Demokrazija (li jdumu minn tliet xhur sa 18-il xahar): Il-Proġetti Żgħażagħ u Demokrazija jsostnu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika tal-komunità lokali, reġjonali jew nazzjonali tagħhom u fuq livell internazzjonali. |
Azzjoni 2 — Servizz ta' Volontarjat Ewropew
L-Azzjoni ssostni l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f'forom varji ta' attivitajiet ta' volontarjat, kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni Ewropew. Taħt din l-Azzjoni, iż-żgħażagħ jieħdu sehem individwalment jew fi gruppi, f'attivitajiet bla ħlas barra pajjiżhom, li ma għandhomx skop ta' qligħ (li jdumu sa 24 xahar).
Azzjoni 3 — Żgħażagħ fid-Dinja
— |
Sottoazzjoni 3.1 — Kooperazzjoni mal-Pajjiżi Ġirien tal-Unjoni Ewropea (li ddum sa 15-il xahar): din is-sottoazzjoni ssostni proġetti ma' Pajjiżi Msieħba Ġirien, prinċipalment Proġetti ta' Skambji ta' Żgħażagħ u ta' Netwerking fil-qasam taż-żgħażagħ. |
Azzjoni 4 — Sistemi ta' Appoġġ għaż-Żgħażagħ
— |
Sottoazzjoni 4.3 — It-Taħriġ u n-Netwerking ta' dawk attivi fix-xogħol u fl-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ (li jdumu minn tliet xhur sa 18-il xahar): din is-sottoazzjoni ssostni b'mod partikolari kemm l-iskambju tal-esperjenzi, il-kompetenzi u l-prattiki tajba kif ukoll l-attivitajiet li jistgħu jwasslu għal proġetti ta' kwalità li jdumu fit-tul, għal partenarjati u netwerks. |
Azzjoni 5 — Sostenn għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ
— |
Sottoazzjoni 5.1 — Laqgħat taż-żgħażagħ u ta' dawk responsabbli mill-politika taż-żgħażagħ (li jdumu minn tliet xhur sa disa' xhur): din is-Sottoazzjoni tappoġġa l-kooperazzjoni, seminars u strutturi ta' djalogu bejn iż-żgħażagħ, dawk attivi fix-xogħol taż-żgħażagħ u dawk responsabbli mill-politika taż-żgħażagħ. |
III. Applikanti eliġibbli
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu minn:
— |
organizzazzonijiet volontarji u mhux governattivi, |
— |
entitajiet pubbliċi lokali u reġjonali, |
— |
gruppi informali ta' żgħażagħ, |
— |
entitajiet attivi fil-livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ, |
— |
organizzazzjonijiet volontarji internazzjonali, |
— |
organizzazzjonijiet mhux volontarji li jorganizzaw avveniment fil-qasam taż-żgħażagħ, l-isport jew il-kultura. |
L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti legalment f'wieħed mill-Pajjiżi tal-Programm jew Imsieħba Ġirien fil-Balkani tal-Punent.
Xi Azzjonijiet tal-Programm huma madankollu mmirati lejn firxa aktar limitata ta' promoturi. L-eliġibilità ta' promoturi applikanti hi għalhekk iddefinita fil-Gwida tal-Programm speċifikament għal kull Azzjoni/Sottoazzjoni.
IV. Pajjiżi eliġibbli
Il-Programm miftuħ għall-pajjiżi li ġejjin:
(a) |
l-Istati Membri tal-UE; |
(b) |
l-Istati tal-EFTA li huma membri tal-Ftehim taż-ŻEE, skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim (l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja); |
(c) |
il-pajjiżi kandidati li jgawdu minn strateġija ta' qabel is-sħubija, skont il-prinċipji ġenerali u l-kundizzjonijiet u l-arranġamenti ġenerali ddefiniti fil-ftehimiet ta' qafas konklużi ma' dawn il-pajjiżi għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi Komunitarji (it-Turkija); |
(d) |
il-pajjiżi terzi li ffirmaw ftehimiet mal-Komunità rilevanti għall-qasam taż-żgħażagħ. |
Xi Azzjonijiet tal-Programm huma madankollu mmirati lejn firxa aktar limitata ta' pajjiżi. L-eliġibilità tal-pajjiżi hi għalhekk iddefinita fil-Gwida tal-Programm speċifikament għal kull Azzjoni/Sottoazzjoni.
V. Kriterji għall-għoti
(i) |
Sottoazzjonijiet 1.1, 1.2, 3.1, 4.3 u l-Azzjoni 2:
|
(ii) |
Sottoazzjoni 1.3
|
(iii) |
Sottoazzjoni 5.1
|
VI. Baġit u Tul ta' Żmien
Il-Programm għandu baġit totali ta' EUR 885 miljun għall-perjodu 2007-2013. Il-baġit annwali huwa soġġett għal deċiżjoni mill-awtoritajiet baġitarji.
Baġit previst għall-2009 għall-Azzjonijiet u s-Sottoazzjonijiet li ġejjin:
Sottoazzjoni 1.1 |
Skambji taż-Żgħażagħ |
29 319 000 |
Sottoazzjoni 1.2 |
Inizjattivi taż-Żgħażagħ |
10 165 000 |
Sottoazzjoni 1.3 |
Proġetti Żgħażagħ u Demokrazija |
7 346 000 |
Azzjoni 2 |
Servizz Volontarju Ewropew |
42 436 000 |
Sottoazzjoni 3.1 |
Kooperazzjoni mal-Pajjiżi Ġirien tal-Unjoni Ewropea |
8 121 000 |
Sottoazzjoni 4.3 |
Taħriġ u n-netwerking ta' dawk attivi fix-xogħol taż-żgħażagħ u fl-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ |
13 389 000 |
Sottoazzjoni 5.1 |
Laqgħat ta' żgħażagħ u dawk responsabbli mill-politika taż-żgħażagħ |
4 367 000 |
VII. Dati finali għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjoni għandha tintbagħat fil-limitu taż-żmien li jikkorrispondi mad-data ta' bidu tal-proġett. Għal proġetti li jintbagħtu lill-Aġenzija Nazzjoni hemm ħames limiti ta' żmien fis-sena għall-applikazzjoni.
Proġetti li jibdew bejn |
Limitu taż-Żmien tal-applikazzjoni |
L-1 ta' Mejju u t-30 ta' Settembru |
L-1 ta' Frar |
Mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Novembru |
L-1 ta' April |
Mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Jannar |
L-1 ta' Ġunju |
Mill-1 ta' Diċembru sat-30 ta' April |
L-1 ta' Settembru |
Mill-1 ta' Frar sal-31 ta' Lulju |
L-1 ta' Novembru |
Għal proġetti li jintbagħtu lill-Aġenzija Eżekuttiva hemm tliet limiti ta' żmien fis-sena għall-applikazzjoni.
Proġetti li jibdew bejn |
Limitu taż-Żmien tal-applikazzjoni |
L-1 ta' Awwissu u l-31 ta' Diċembru |
L-1 ta' Frar |
Mill-1 ta' Diċembru sat-30 ta' April |
L-1 ta' Ġunju |
Mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Lulju |
L-1 ta' Settembru |
VIII. Aktar Informazzjoni
Aktar informazzjoni tista' tinkiseb fil-Gwida għall-Programm Żgħażagħ f'Azzjoni fil-websajts li ġejjin:
http://ec.europa.eu/youth
http://eacea.ec.europa.eu/youth/index_en.htm
(1) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 30.