Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/194/13

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5281 — NBC/Blackstone/Bain/Landmark (Weather Business)) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 194, 31.7.2008, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 194/21


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5281 — NBC/Blackstone/Bain/Landmark (Weather Business))

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/C 194/13)

    1.

    Fil-25 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li bih l-impriżi NBC Universal, Inc. (“NBC Universal”, l-Istati Uniti ta' l-Amerika) ikkontrollata minn General Electric Company (l-Istati Uniti ta' l-Amerika), Bain Capital Fund X, L.P. ikkontrollata minn Bain Capital investors, LLC (“Bain Capital” l-Istati Uniti ta' l-Amerika), u Blackstone Capital Partners V L.P. li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn The Blackstone Group L.P (“Blackstone”, l-Istati Uniti ta' l-Amerika) akkwistaw fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża Landmark Communications, Inc. (“Landmark” l-Istati Uniti ta' l-Amerika), permezz tax-xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

    għal NBC Universal: grupp diversifikat tax-xandir u d-divertiment internazzjonali prinċilpament attiv fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tad-divertiment, ta' l-aħbarijiet u ta' l-informazzjoni,

    għal Blackstone: impriża li hija minn ta' quddiem fl-investiment globali u fil-konsultazzjoni,

    għal Bain Capital: ditta privata ta' investiment globali,

    għal Landmark: ix-xandir ta' informazzjoni dwar it-temp, (għat-televiżjoni, san-negozji jew il-konsumaturi, permezz ta' diversi pjattaformi interattivi) u l-forniment ta' sistemi ta' radar għat-tiġbir ta' informazzjoni dwar it-temp (attivitajiet oħra ta' negozju ta' Landmark se jibdew qabel ma jkun sar it-tranżazzjoni).

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5281 — NBC/Blackstone/Bain/Landmark (Weather Business), fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussell


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


    Top