EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/184/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5141 — KLM/Martinair) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 184, 22.7.2008, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 184/41


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5141 — KLM/Martinair)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 184/10)

1.

Fis-17 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża KLM Royal Dutch Airlines N.V. (“KLM”, l-Olanda) ikkontrollata minn Air France — KLM Holding S.A. (“Air France-KLM”, Franza) takkwista, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' l-impriża kollha Martinair Holland N.V. (“Martinair”, l-Olanda) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal KLM: linja ta' l-ajru b'firxa ta' destinazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tat-trasport bl-ajru sew ta' merkanzija kif ukoll ta' passiġġieri,

għal Martinair: linja ta' l-ajru b'servizzi sew charter kif ukoll skedati, li sservi biss destinazzjonijiet interkontinentali u ġġorr sew merkanzija kif ukoll passiġġieri.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (fks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5141 — KLM/Martinair, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top