This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2008/112/20
Prior notification of a concentration (Case COMP/M.5075 — Vienna Insurance Group/EBV) Text with EEA relevance
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5075 — Vienna Insurance Group/EBV) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5075 — Vienna Insurance Group/EBV) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU C 112, 7.5.2008, p. 38–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/38 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5075 — Vienna Insurance Group/EBV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 112/20)
1. |
Fit-23 ta' April 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża WIENER STÄDTISCHE Versicherung AG Vienna Insurance Group (“Vienna Insurance Group”, l-Awstrija) akkwistat fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' l-impriżi Sparkassen Versicherung (“s-Versicherung”, l-Awstija), BCR Asigurari de Viata S.A. (“BCR Life”, ir-Rumanija), BCR Asigurari S.A. (“BCR Non-life”, ir-Rumanija), Pojišťovna České spořitelny, a.s. (“PCS”, ir-Repubblika Ċeka), Poist'ovňa Slovenskeij sporitel'ne, a.s. (“P-SLSP”, is-Slovakkja), u Erste Sparkasse Biztosító Zártkörűen Működő Részvénytársaság (“ESB”, l-Ungerija) (kollettivatament “EBV”), li huma kkontrollati mill-impriża Erste Bank der oesterreichischen Sparkassen AG (“EB”, l-Awstrija), permezz ta' xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi msemmija huma:
|
3. |
Fuq eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta. L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-faks (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5075 —Vienna Insurance Group/EBV, fl-indirizz li ġej:
|