EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/067/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5087 — Candover/Towergate/Paymentshield/Open GI) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 67, 12.3.2008, p. 59–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 67/59


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5087 — Candover/Towergate/Paymentshield/Open GI)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 67/11)

1.

Fil-5 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Candover Partners Limited (“Candover”, ir-Renju Unit) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll konġunt ta' l-impriża Towergate Partnership Limited (“Towergate”, ir-Renju Unit) u ta' Paymentshield Group Holdings Limited (“Paymentshield”, ir-Renju Unit) u Broomco Limited (“Open GI”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża Candover: il-provvista ta' servizzi ta' ġestjoni ta' fondi, inklużi konsulenza dwar ġestjoni ta' investimenti u servizzi għall-fondi ta' investiment,

għall-impriża Towergate: id-distribuzzjoni ta' prodotti ta' assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja prinċipalment lil SMEs,

għall-impriża Paymentshields: id-distribuzzjoni ta' assigurazzjoni ta' protezzjoni ta' ħlas ta' ipoteki u prodotti ta' assigurazzjoni tal-bini u l-kontenut tagħhom għall-individwi permezz ta' intermedjarji oħra ta' l-assigurazzjoni,

għall-impriża Open GI: il-provvista ta' soluzzjonijiet tat-teknoloġija ta' l-assigurazzjoni lil intermedjarji ta' l-assigurazzjoni.

3.

Wara analiżi preliminari l-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart'ijiem mid-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5087 — Candover/Towergate/Paymentshield/Open GI fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top