Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/297/78

    Kawża T-405/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 23 ta' Ottubru 2007 — Borco-Marken-Import Matthiesen vs L-UASI (Caipi) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Caipi — Raġuni relattiva għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )

    ĠU C 297, 8.12.2007, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 297/38


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Ottubru 2007 — Borco-Marken-Import Matthiesen vs L-UASI (Caipi)

    (Kawża T-405/04) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Caipi - Raġuni relattiva għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

    (2007/C 297/78)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Borco-Marken-Import Matthiesen GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wolter, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneidner, aġent)

    Suġġett tal-kawża

    Rikors mid-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-6 ta' Awwissu 2004 (kawża R 912/2002-2), li tirrigwarda r-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Caipi bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 314, 18.12.2004.


    Top