This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/283/83
Case F-104/07: Action brought on 8 October 2007 — Hoppenbrouwers v Commission
Kawża F-104/07: Rikors imressaq fit- 8 ta' Ottubru 2007 — Hoppenbrouwers vs Il-Kummissjoni
Kawża F-104/07: Rikors imressaq fit- 8 ta' Ottubru 2007 — Hoppenbrouwers vs Il-Kummissjoni
ĠU C 283, 24.11.2007, p. 46–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 283/46 |
Rikors imressaq fit-8 ta' Ottubru 2007 — Hoppenbrouwers vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-104/07)
(2007/C 283/83)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Micheline Hoppenbrouwers (Dilbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Vogel, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni adottata mill-awtorità kompetenti li tikkonkludi l-kuntratti (AKTK) tal-25 ta' Ġunju 2007, li biha ġie miċħud l-ilment imressaq mir-rikorrenti fis-16 ta' Marzu 2007, kontra d-deċiżjoni amministrattiva nnotifikata fit-18 ta' Diċembru 2006, li tiċħad l-impjieg tar-rikorrenti bħala aġent kuntrattwali, fil-kuntest ta' l-Artikolu 2(1) ta' l-Anness tal-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra (KIU); |
— |
safejn huwa neċessarju, tannulla wkoll l-imsemmija deċiżjoni tat-18 ta' Diċembru 2006; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
L-ewwel motiv tar-rikors huwa dovut għall-ksur ta' l-Artikolu 82(3)(d) tal-KIU, ta' l-Artikolu 83 tal-KIU, ta' l-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, ta' l-Artikolu 2(1) ta' l-Anness tal-KIU kif ukoll għal żball manifest ta' evalwazzjoni.
Ir-rikorrenti tfakkar, l-ewwel nett, li l-amministrazzjoni rrifjutat li toffrilha kuntratt bħala aġent kuntrattwali għal terminu mhux fiss minħabba ċ-ċirkustanza li hija kienet tinsab fi stat ta' inkapaċità temporanja milli taħdem fl-1 ta' Mejju 2005, liema data hija, skond l-AKTK, l-aħħar skadenza li fiha għandu jkollhom effett il-kuntratti ta' aġent kuntrattwali li jidħlu fil-kuntest ta' miżuri ta' tranżizzjoni skond l-Artikolu 2(1) ta' l-Anness tal-KIU. Ir-rikorrenti ssostni li nuqqas ta' rieda permanenti biss ikkaġuna ċ-ċaħda ta' l-applikazzjoni/tal-kandidatura tagħha.
It-tieni motiv tar-rikors huwa dovut għall-ksur tal-prinċipju ta' non diskriminazzjoni, safejn ir-rikorrenti tinsab, mingħajr ġustifikazzjoni leċita u raġonevoli, inġustament iddiskriminata meta mqabbla ma' persuni oħra li, wara li ħadmu, fil-fehma tar-rikorrenti, fl-iskejjel tat-tfal żgħar tal-Kummissjoni taħt kuntratt tad-dritt Belġjan, ibbenefikaw minn kuntratt ta' aġent kuntrattwali għal terminu mhux fiss.