Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/283/77

    Kawża F-17/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla), ta' l- 10 ta' Ottubru 2007 Pouzol vs Il-Qorti ta' l-Awdituri (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz mal-Komunitajiet — Inammissibbiltà)

    ĠU C 283, 24.11.2007, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 283/43


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla), ta' l-10 ta' Ottubru 2007 Pouzol vs Il-Qorti ta' l-Awdituri

    (Kawża F-17/07) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz mal-Komunitajiet - Inammissibbiltà)

    (2007/C 283/77)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Michel Pouzol (Combaillaux, Franza) (rappreżentanti: D. Grisay, I. Andoulsi, u D. Piccininno, avocats)

    Konvenuta: Il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier u G. Cortens, aġenti)

    Suġġett tal-Kawża

    Annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri, tat-23 ta' Novembru 2006, li tiddikjara inammissibbli l-oġġezzjoni li r-rikorrent għamel kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Mejju 2006 — Rikonoxximent tad-dritt tar-rikorrent għas-snin ta' servizz pensjonabbli li għandhom jiġu kkreditati lilu — Talba għal danni.

    Dispożittiv tad-digriet

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 117, 26.5.2007, p. 35.


    Top