Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/276/05

    Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej

    ĠU C 276, 17.11.2007, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 276/5


    Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej

    (2007/C 276/05)

    Skond l-Artiklu 9(1)(a), it-tieni indent, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), in-Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej (2) huma emendati kif ġej:

    Paġna 58

    Fil-paragrafu “1102 20 10 u 1102 20 90” jiddaħħal dan it-test ġdid li ġej wara t-test eżistenti:

    “Dawn is-subtitli jinkludu wkoll dqiq tal-qamħirrum deskritt bħala ‘dqiq masa’, li hu miksub mill-metodu ‘nixtamilization’ karatterizzat minn sajran u tixrib ta' żerriegħa tal-qamħirrun f'taħlita ta' idrossidu tal-kalċju li wara titnixxef u tintaħan.

    Kwalunkwe proċess addizzjonali, bħal inkaljar, għandu madankollu jwassal biex prodott bħal dan ikun eskluż minn titlu 1102 (ġeneralment, Kapitlu 19).”

    Fil-paragrafu “1103 13 10 u 1103 13 90” jiddaħħal dan it-test ġdid li ġej wara t-test eżistenti:

    “Dawn is-subtitli jinkludu wkoll xgħir u nuħħala tad-dqiq tal-qamħirrum deskritt bħala ‘dqiq masa’, li hu miksub mill-metodu ‘nixtamilization’ karatterizzat minn sajran u tixrib ta' żerriegħa tal-qamħirrun f'taħlita ta' idrossidu tal-kalċju li wara titnixxef u tintaħan.

    Kwalunkwe proċess addizzjonali, bħal inkaljar, għandu madankollu jwassal biex prodott bħal dan ikun eskluż minn titlu 1103 (ġeneralment, Kapitlu 19).”


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1).

    (2)  ĠU C 50, 28.2.2006, p. 1.


    Top