EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/192/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4876 — GDFI/Energie Investimenti) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b'relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 192, 18.8.2007, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 192/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4876 — GDFI/Energie Investimenti)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 192/13)

1.

Fl-10 ta' Awwissu 2003 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża GDF International S.A.S. (“GDFI”, Franza) li tappartjeni għall-grupp Gaz de France S.A. tikseb, fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll uniku ta' l-impriża Energie Investimenti S.p.A. (“Energie Investimenti”, l-Italja), permezz ta' xiri ta' ishma. Bħalissa, il-GDFI teżerċita kontroll konġunt fuq Energie Investimenti.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-GDFI: l-esplorazzjoni, il-forniment u d-distribuzzjoni ta' servizzi relatati ma' gass;

għal Energie Investimenti: Il-forniment ta' gass naturali fl-Italja.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-faks (Nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4876 — GDFI/Energie Investimenti, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top