This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/183/13
Case C-428/05: Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 21 June 2007 (reference for a preliminary ruling from the Finanzgericht Hamburg, Germany) — Firma Laub GmbH & Co. Vieh & Fleisch Import-Export v Hauptzollamt Hamburg-Jonas (Export refunds — Regulation (EEC) No 3665/87 — Definition of undue payment of a refund — Payment of a refund on the basis of incomplete documentation — Possibility of completing the documents relating to the payment of the refund after the expiry of the periods referred to in Articles 47(2) and 48(2)(a) of Regulation (EEC) No 3665/87 in the context of a subsequent recovery procedure)
Kawża C-428/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal - 21 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — Il-Ġermanja) — Firma Laub GmbH & Co. Vieh u Fleisch Import-Export vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas (Rifużjoni fuq l-esportazzjoni — Regolament (KEE) Nru 3665/87 — Kunċett ta' ħlas mhux dovut ta' rifużjoni — Ħlas ta' rifużjoni fuq il-bażi ta' dokumentazzjoni mhux kompluta — Possibbiltà li tiġi kompluta d-dokumentazzjoni dwar il-ħlas ta' rifużjoni wara l-iskadenza tal-perijodi stipulati fl-Artikoli 47(2) u 48(2)(a) ta' dan ir-Regolament fil-kuntest ta' proċedura għal irkupru mibdija sussegwentement)
Kawża C-428/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal - 21 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — Il-Ġermanja) — Firma Laub GmbH & Co. Vieh u Fleisch Import-Export vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas (Rifużjoni fuq l-esportazzjoni — Regolament (KEE) Nru 3665/87 — Kunċett ta' ħlas mhux dovut ta' rifużjoni — Ħlas ta' rifużjoni fuq il-bażi ta' dokumentazzjoni mhux kompluta — Possibbiltà li tiġi kompluta d-dokumentazzjoni dwar il-ħlas ta' rifużjoni wara l-iskadenza tal-perijodi stipulati fl-Artikoli 47(2) u 48(2)(a) ta' dan ir-Regolament fil-kuntest ta' proċedura għal irkupru mibdija sussegwentement)
ĠU C 183, 4.8.2007, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 183/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal -21 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — Il-Ġermanja) — Firma Laub GmbH & Co. Vieh u Fleisch Import-Export vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas
(Kawża C-428/05) (1)
(Rifużjoni fuq l-esportazzjoni - Regolament (KEE) Nru 3665/87 - Kunċett ta' “ħlas mhux dovut ta' rifużjoni’ - Ħlas ta' rifużjoni fuq il-bażi ta' dokumentazzjoni mhux kompluta - Possibbiltà li tiġi kompluta d-dokumentazzjoni dwar il-ħlas ta' rifużjoni wara l-iskadenza tal-perijodi stipulati fl-Artikoli 47(2) u 48(2)(a) ta' dan ir-Regolament fil-kuntest ta' proċedura għal irkupru mibdija sussegwentement)
(2007/C 183/13)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Firma Laub GmbH & Co. Vieh u Fleisch Import-Export
Konvenuta: Hauptzollamt Hamburg-Jonas
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni ta' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 11(3), ta' l-Artikolu 47(2) u ta' l-Artikolu 48(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta' Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli (ĠU L 351 p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 495/97 tat-18 ta' Marzu 1997 (ĠU L 77, p.12) — Kunċett ta' “ħlas mhux dovut ta' rifużjoni” — Irkupru tar-rifużjonijiet mogħtija fuq preżentazzjoni ta' dokument ta' trasport mhux komplut, filwaqt li d-dokument komplut ġie ppreżentat biss wara l-iskadenza tat-termini
Dispożittiv
Rifużjoni fuq l-esportazzjoni ma tistax tiġi kkwalifikata bħala “mħallsa indebitament”, fis-sens ta' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta' Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 604/98, tas-17 ta' Marzu 1998, jekk il-benefiċjarju, fil-kuntest ta' proċedura ta' rkupru ta' din ir-rifużjoni, jippreżenta l-provi meħtieġa biex jiġġustifika d-dritt tiegħu għal din ir-rifużjoni. Hija r-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jistabbilixxu terminu raġonevoli li jippermetti lill-imsemmi benefiċjarju jippreżenta dawn il-provi.