Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/183/05

    Kawża C-173/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 21 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana ( Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 23 KE, 25 KE u 133 KE — Ftehim ta' Kooperazzjoni KEE-Alġerija — Taxxa għall-ħarsien ta' l-ambjent imposta fuq il-pajpijiet tal-gass installati fit-territorju tar-Reġjun ta' Sqallija — Taxxa b'effett ekwivalenti għal dazju doganali )

    ĠU C 183, 4.8.2007, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 183/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

    (Kawża C-173/05) (1)

    (“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 23 KE, 25 KE u 133 KE - Ftehim ta' Kooperazzjoni KEE-Alġerija - Taxxa għall-ħarsien ta' l-ambjent imposta fuq il-pajpijiet tal-gass installati fit-territorju tar-Reġjun ta' Sqallija - Taxxa b'effett ekwivalenti għal dazju doganali’)

    (2007/C 183/05)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa u J. Hottiaux, aġent)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. M. Bgraguglia, aġent u A. Cingolo, avukat)

    Suġġett

    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 23, 25, 26 u 133 KE u ta' l-Artikoli 4 u 9 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija, iffirmat fis-26 ta' Settembru 1978 u approvat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2210/27 tat-28 ta' Settembru 1978 (ĠU L 263, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi taxxa għall-ħarsien ta' l-ambjent (“tributo ambientale”) fuq il-pajpijiet tal-gass installati fit-territorju tar-reġjun ta' Sqallija

    Dispożittiv

    1)

    Billi daħħlet fis-seħħ taxxa ambjentali li tolqot il-metanu li jiġi mill-Alġerija, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 23 KE, 25 KE, u 133 KE, kif ukoll taħt l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija, iffirmat f'Alġiers fis-26 ta' April 1976 u approvat f'isem il-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2210/78, tas-26 ta' Settembru 1978.

    2)

    Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 155 tal-25.6.2005.


    Top