EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/170/27

Kawża C-248/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Hof van beroep te Antwerpen (Il-Belġju) fit- 23 ta' Mejju 2007 — Trespa International B.V. vs Nova Haven-en Vervoerbedrijf N.V. u Meadwestvaco Europe B.V.B.A.

ĠU C 170, 21.7.2007, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 170/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Hof van beroep te Antwerpen (Il-Belġju) fit-23 ta' Mejju 2007 — Trespa International B.V. vs Nova Haven-en Vervoerbedrijf N.V. u Meadwestvaco Europe B.V.B.A.

(Kawża C-248/07)

(2007/C 170/27)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Il-Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Trespa International B.V.

Konvenuti: Nova Haven- en Vervoerbedrijf N.V. u Meadwestvaco Europe B.V.B.A.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 291 tad-dispożizzjonijiet ta' implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, fil-verżjoni applikabbli fil-perijodu bejn l-1 ta' Lulju 1997 u l-15 ta' Mejju 1998 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu “persuna li timporta l-merkanzija jew li jkollha l-merkanzija [i]mportata għal ċirkolazzjoni libera” jinkludi wkoll l-uffiċjal tad-dwana li jippreżenta dikjarazzjoni f'ismu jew li jirreferi biss għall-importatur li għalih tkun iddestinata l-merkanzija?

2)

Meta merkanzija tiġi importata fl-Unjoni Ewropea f'Antwerp u mbagħad tiġi ttrasportata lejn l-Olanda, ikun hemm trasferiment tal-merkanzija fil-Komunità, skond l-Artikoli 297 u 1a, u f'dan il-każ, il-persuna msemmija fl-Artikolu 291 tad-dispożizzjonijiet ta' implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, fil-verżjoni applikabbli fil-perjiodu bejn l-1 ta' Lulju 1997 u l-15 ta' Mejju 1998, għandu jkollha l-awtorizzazzjoni skond dan l-artikolu?

3)

L-Artikolu 297 tad-dispożizzjonijiet ta' implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, fil-verżjoni applikabbli fil-perijodu bejn l-1 ta' Lulju 1997 u l-15 ta' Mejju 1998, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu “destinatarju” ifisser l-uffiċjal li jirrilaxxa mid-dwana, fi Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea, merkanzija li tkun ġejja minn barra l-Komunità, f'isem l-importatur finali ta' din il-merkanzija?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, p. 1).


Top