This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/170/14
Case C-102/05: Order of the Court (Fourth Chamber) of 10 May 2007 (reference for a preliminary ruling from the Regeringsrätten — Sweden) — Skatteverket v A and B (First subparagraph of Article 104(3) of the Rules of Procedure — Free movement of capital — Freedom of establishment — Taxation — Dividends paid in respect of shares distributed by a close company — Wage rules — Taxation of those dividends as income from assets — Calculation of a flat-rate yield — Percentage of capital invested and fraction of salaries — Branch established in a third country — Failure to take into account employees' wages at this branch)
Kawża C-102/05: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal- 10 ta' Mejju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Regeringsrätten — l-Iżvezja) — Skatteverket vs A, B (L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Moviment liberu tal-kapital — Libertà ta' stabbiliment — Tassazzjoni — Dividendi ta' ishma mqassma minn kumpannija privata — Regoli tas-salarju — Tassazzjoni ta' dawn id-dividendi bħala dħul tal-kapital — Kalkolu ta' dħul fiss — Perċentwali fuq il-kapital investit u fuq parti mis-salarju — Fergħa stabbilita f'pajjiż terz — Nuqqas ta' teħid in kunsiderazzjoni ta' salarju tal-ħaddiema ta' din is-sussidjarja)

ĠU C 170, 21.7.2007, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 170/8 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Mejju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Regeringsrätten — l-Iżvezja) — Skatteverket vs A, B
(Kawża C-102/05) (1)
(L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Moviment liberu tal-kapital - Libertà ta' stabbiliment - Tassazzjoni - Dividendi ta' ishma mqassma minn “kumpannija privata’ - “Regoli tas-salarju’ - Tassazzjoni ta' dawn id-dividendi bħala dħul tal-kapital - Kalkolu ta' dħul fiss - Perċentwali fuq il-kapital investit u fuq parti mis-salarju - Fergħa stabbilita f'pajjiż terz - Nuqqas ta' teħid in kunsiderazzjoni ta' salarju tal-ħaddiema ta' din is-sussidjarja)
(2007/C 170/14)
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Qorti tar-rinviju
Regeringsrätten
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Skatteverket
Konvenut: A, B
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Regeringsrätten — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 56 u 58 KE — Tassazzjoni ta' ishma mqassma minn kumpannija anonima żgħira — Tnaqqis fiskali korrispondenti għal qligħ fittizju tal-kapital investit illi jieħu in kunsiderazzjoni l-pagi mħallsa mill-kumpannija u s-sussidjarji jew fergħat tagħha, meta l-imsemmija pagi huma taxxabbli fl-Iżvezja — Teħid in konsiderazzjoni tal-pagi mħallsa minn sussidjarja fi Stat terz
Dispożittiv
Miżura nazzjonali illi, fil-kuntest tat-tassazzjoni ta' dividendi ta' ishma bħala qligħ tal-kapital fil-limitu ta' qligħ fiss ikkalkolat għall-applikazzjoni ta' perċentwali ddeterminata fuq bażi li tinkludi, barra l-kapital investit mill-azzjonista, parti mis-salarji mħallsa lill-ħaddiema tal-kumpannija li tqassam, ma tawtorizzax li jittieħdu in kunsiderazzjoni s-salarji tal-ħaddiema impjegati f'fergħa ta' din il-kumpannija, jew minn sussidjarja ta' din ta' l-aħħar, f'pajjiż terz, teffettwa b'mod qawwi l-eżerċizzju tal-libertà ta' stabbiliment fis-sens ta' l-Artikolu 43 KE u ta' wara. Dawn ta' l-aħħar ma jistgħux jiġu invokati f'sitwazzjoni li tikkonċerna l-istabbiliment ta' kumpannija ta' Stat Membru f'pajjiż terz.