This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/166/13
Prior notification of a concentration (Case COMP/M.4822 — Advent/Takko) — Candidate case for simplified procedure Text with EEA relevance
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4822 — Advent/Takko) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4822 — Advent/Takko) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU C 166, 20.7.2007, p. 29–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 166/29 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4822 — Advent/Takko)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 166/13)
1. |
Fit-13 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Advent International Corporation (“AIC” li ssir referenza għaliha bħala “Advent”, l-Istati Uniti ta' l-Amerika) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' l-impriża Takko Holding GmbH (“Takko”, il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4822 — Advent/Takko, fl-indirizz li ġej:
|