This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/143/10
Prior notification of a concentration (Case COMP/M.4743 — Warburg Pincus/Bausch) — Candidate case for simplified procedure Text with EEA relevance
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M. 4743 — Warburg Pincus/Bausch) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M. 4743 — Warburg Pincus/Bausch) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU C 143, 28.6.2007, pp. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 143/15 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M. 4743 — Warburg Pincus/Bausch)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 143/10)
1. |
Fl-20 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-Warburg Pincus LLC (“Warburg” USA) permezz ta' l-affiljati tagħha takkwista, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll kollu ta' Bausch & Lomb Inc. (“Bausch”, l-Istati Uniti), permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4743 — Warburg Pincus/Bausch fl-indirizz li ġej:
|