Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/130/12

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ Nru COMP/M.4673 — Deutsche Bank/STRABAG Investi/Dmitri Garkusha/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 130, 12.6.2007, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 130/20


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ Nru COMP/M.4673 — Deutsche Bank/STRABAG Investi/Dmitri Garkusha/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 130/12)

1.

Fl-1 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Deutsche Bank AG (il-Ġermanja) u STRABAG Invest GmbH, sussidjarja kollha kemm hi ta' STRABAG SE, Vjenna (l-Awstrija) u s-Sur Dmitri Garkusha jakkwistaw fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt permezz tax-xiri ta' ishma ta' kumpanija ffurmata ġdida li tikkostitwixxi negozju bi sħab.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi/persuni kkonċernati huma:

għal Deutsche Bank AG: Operazzjonijiet bankarji, finanzi u servizzi relatati

għal STRABAG Invest GmbH: Investiment fi proġetti fejn tidħol l-inġinerija ċivili, l-iżvilupp ta' proġetti, il-kostruzzjoni u l-produzzjoni ta' materjal użat fil-kostruzzjoni

għas-Sur Dmitri Garkusha: Servizzi ta' konsulenza finanzjarja dwar l-iffinanzjar ta' proġetti ta' proprjetà immobbli f'Moska

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2)296 43 01 jew 296 72 44)) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza Każ Nru COMP/M. 4673 — Deutsche Bank/STRABAG Invest/Dmitri Garkusha, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, tad-29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, tal-5.3.2005, p. 32.


Top