Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/129/46

    Kawża F-34/07: Rikors ippreżentat fit- 13 ta' April 2007 — Skareby vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 129, 9.6.2007, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 129/27


    Rikors ippreżentat fit-13 ta' April 2007 — Skareby vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-34/07)

    (2007/C 129/46)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Carina Skareby (Bichkek, Kirghizistan) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avocats)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannula r-rapport ta' evoluzzjoni tal-karriera (REC) tar-rikorrenti għas-sena 2005;

    tannula, skond il-bżonn, id-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti;

    tindika lill-AIPN l-effetti li jġib miegħu l-annulament ta' l-atti kkontestati, u b'mod partikolari l-adozzjoni ta' REC ġdid għas-sena 2005, din id-darba fl-osservanza tar-regolamenti statutorji;

    tikkundanna lill-AIPN tħallas lir-rikorrenti: i) somma ffissata ex aequo et bono għal EUR 15 000 bħala kumpens għad-danni morali li hija sofriet; ii) somma ffissata ex aequo et bono għal EUR 15 000 bħala kumpens għad-danni professjonali li hija sofriet; iii) somma li tiġi ffissata b'mod ekwu mit-Tribunal, bħala kumpens għad-dannu finanzjarju li hija sofriet, kull waħda minn dawn is-somom għandha tiżdied bl-interessi għad-dewmien bir-rata legali b'effett minn meta ssir eżiġibbli;

    tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Sabiex isaħħaħ ir-rikors tagħha, ir-rikorrenti l-ewwel nett issostni l-innosservanza tar-regoli dwar l-istabbiliment tar-REC. L-amministrazzjoni kisret ir-regoli tal-proċedura stabbiliti mid-dispożizzjonijiet ġenerali ta' eżekuzzjoni ta' l-Artikolu 43 ta' l-Istatut u wettqet żballji manifesti ta' evalwazzjoni.

    Ir-rikorrenti imbagħad tinvoka l-ksur tad-drittijiet tad-difiża, tal-prinċipju ta' l-amministrazzjoni tajba u tad-dover tal-premura.

    Hija fl-aħħar nett issostni li l-amministrazzjoni wettqet abbuż ta' poter u svijat mill-proċedura.


    Top