This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/129/17
Case C-189/07: Action brought on 3 April 2007 — Commission of the European Communities v Kingdom of Spain
Kawża C-189/07: Rikors imressaq fit- 3 ta' April 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
Kawża C-189/07: Rikors imressaq fit- 3 ta' April 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
ĠU C 129, 9.6.2007, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 129/10 |
Rikors imressaq fit-3 ta' April 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-189/07)
(2007/C 129/17)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Oliver u F. Jimeno Fernández, bħala aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara li, billi ma wettaqx b'mod sodisfaċenti l-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza ta' attivitajiet ta' sajd fit-territorju tiegħu u fl-ibħra marittimi li huma suġġetti għas-sovranità jew għall-ġurisdizzjoni tiegħu, fosthom l-iżbark u l-kummerċjalizzazzjoni ta' l-ispeċi li huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar daqs minimu tar-Regolamenti (KE) Nri 850/98 (1) u 2406/96l (2); u billi ma ħax il-miżuri xierqa fil-konfront tal-persuni responsabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet Komunitarji, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw it-teħid ta' azzjonijiet amministrattivi jew proċeduri kriminali u l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet li għandhom effett dissważiv fuq dawn il-persuni responsabbli, ir-Renju ta' Spanja ma ssodisfax l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 31(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 (3). |
— |
tikkundanna lir-Renju ta Spanja jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-kuntest regolatorju applikabbli jeżiġi li l-Istati Membri:
— |
jimplementaw sistema effettiva għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza ta' l-attivitajiet ta' żbark u kummerċjalizzazzjoni ta' l-ispeċi li huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar daqs minimu; |
— |
jimponu sanzjonijiet li għandhom effett dissważiv fuq il-persuni responsabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet Komunitarji; |
— |
jinfurzaw b'mod effettiv is-sanzjonijiet li jistgħu jiġu imposti fuq dawn il-persuni responsabbli sabiex jiġi evitat arrikkiment indebitu minn attività illegali. |
F'dan il-każ ġie debitament stabbilit li Spanja ma ssodisfatx l-obbligi imposti fuqha mil-leġiżlazzjoni Komunitarja rigward kontrolli u sanzjonijiet għal ksur relatat ma' attivitajiet ta' sajd. Dan in-nuqqas huwa muri mhux biss mill-konklużjonijiet li waslu għalihom l-ispetturi Komunitarji, iżda wkoll mill-ammissjoni ta' l-istess konvenut.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, tat-30 ta' Marzu 1998, dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (ĠU 1998, L 125, p. 1).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96, tas-26 ta' Novembru 1996, li jistabbilixxi standards komuni għall-marketing għal ċerti prodotti ta' l-industrija tas-sajd.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2847/93, tat-12 ta' Ottubru 1993, li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (ĠU 1993 L 261, p. 1).