Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/117/31

Kawża C-167/07: Rikors imressaq fid- 29 ta' Marzu 2007 — Ir-Renju ta' Spanja vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU C 117, 26.5.2007, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 117, 26.5.2007, p. 18–18 (MT)

26.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/18


Rikors imressaq fid-29 ta' Marzu 2007 — Ir-Renju ta' Spanja vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

(Kawża C-167/07)

(2007/C 117/30)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

L-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 (1), tal-21 ta' Diċembru 2006, li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtiega limiti ta' qbid, safejn dan ma jallokax kwoti speċifiċi lill-flotta Spanjola fl-ilmiijiet Komunitarji tal-Baħar tat-Tramuntana;

tordna lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1)   Ksur tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni

Ir-Renju ta' Spanja jemmen li r-regolament ikkontestat, safejn huwa ma jallokax lil Spanja kwoti fl-ilmijiet Komunitarji, jikser il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni, peress li, meta jiskadi l-perijodu ta' tranżizzjoni previst mill-Att ta' Adeżjoni, jiġi rikonoxxut lill-Istati l-oħrajn id-dritt ta' aċċess għal dawn l-ilmijiet u r-riżorsi tagħhom, filwaqt li lir-Renju ta' Spanja jiġi rikonoxxut biss id-dritt ta' aċċess għall-ilmijiet.

2)   Interpretazzjoni żbaljata ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' Spanja:

Meta jirregola l-perijodu ta' tranżizzjoni għal Spanja fir-rigward tas-sajd, l-Att ta' Adeżjoni ma jiddistingwix bejn l-aċċess għall-ilmijiet u l-aċċess għar-riżorsi. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' Adeżjoni għandhom jiġu interpretati b'mod konformi mal-kuntest u ma' l-għanjiet tiegħu.

3)   Ksur ta' l-Artikolu 20(2) tar-Regolament 2371/2002 (2):

Mata ma allokatx lil Spanja kwoti li jikkostitiwixxu possibbiltajiet ġodda ta' sajd u li ġew imqassma għall-ewwel darba wara l-iskadenza tal-perijodu ta' tranżizzjoni previst mill-Att ta' Adeżjoni, tinkiser id-dispożizzjoni msemmija.


(1)  ĠU 2007, L 15, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 358, p. 59).


Top