Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62024TN0221

    Kawża T-221/24: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2024 – Pumpyanskiy vs Il-Kunsill

    ĠU C, C/2024/3919, 1.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3919/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3919/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje C


    C/2024/3919

    1.7.2024

    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2024 – Pumpyanskiy vs Il-Kunsill

    (Kawża T-221/24)

    (C/2024/3919)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Alexander Dmitrievich Pumpyanskiy (Conches, l-Isvizzera) (rappreżentanti: T. Bontinck, A. Guillerme u M. Brésart, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/847 tat-12 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna sa fejn tinkludi isem ir-rikorrent fil-lista li tinsab fl-anness tad-deċiżjoni;

    tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/849 tat-12 ta’ Marzu 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna sa fejn tinkludi isem ir-rikorrent fil-lista li tinsab fl-Anness I tar-regolament;

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

    3.

    It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

    4.

    Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u l-irregolarità tal-proċedura ta’ tiġdid.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3919/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top