Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62024TN0092

Kawża T-92/24: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2024 – ETI Gıda Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Star Foods Em (Packages)

ĠU C, C/2024/2771, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2771/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2771/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2771

29.4.2024

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2024 – ETI Gıda Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Star Foods Em (Packages)

(Kawża T-92/24)

(C/2024/2771)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ETI Gıda Sanayi ve Ticaret AŞ (Eskişehir, it-Turkija) (rappreżentant: A. Căvescu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SC Star Foods Em SRL (Popești Leordeni, ir-Rumanija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea “Packages” – disinn tal-Unjoni Nru 757 430-0004

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 912/2023-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali, kif ukoll għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ invalidità u ta’ appell quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikoli 94 u 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tad-dritt għal smigħ u tad-dritt għal rimedju xieraq.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2771/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top