Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62024CN0431

    Kawża C-431/24, Multan: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats Roermond (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-20 ta’ Ġunju 2024 – W vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

    ĠU C, C/2024/5605, 30.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5605/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5605/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje C


    C/2024/5605

    30.9.2024

    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats Roermond (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-20 ta’ Ġunju 2024 – W vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

    (Kawża C-431/24, Multan  (1) )

    (C/2024/5605)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Roermond

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: W

    Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (2), moqri flimkien mal-Artikolu 46(1) tad-Direttiva 2013/32 u fid-dawl tal-Artikoli 4 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li (l-aċċess għal) informazzjoni fil-fajl tal-applikant li abbażi tagħha tkun ittieħdet jew ser tittieħed deċiżjoni, tinkludi wkoll (l-aċċess għal) informazzjoni dwar il-mod kif din l-informazzjoni ġiet miġbura u miksuba?

    2)

    L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (3), moqri flimkien mal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/115 u fid-dawl tal-Artikoli 4, 19(2) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jimponi fuq l-awtorità ġudizzjarja li tkun qed tivverifika l-legalità ta’ deċiżjoni ta’ ritorn li tiżgura l-mod kif tkun inġabret u inkisbet l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2013/32?


    (1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

    (2)   ĠU 2013, L 180, p. 60.

    (3)   ĠU 2008, L 348, p. 98.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5605/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top