This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62024CN0252
Case C-252/24, Prisum Healthcare: Request for a preliminary ruling from the Curtea de Apel București (Romania) lodged on 9 April 2024 – Prisum Healthcare S.R.L. v Autoritatea Vamală Română
Kawża C-252/24, Prisum Healthcare: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fid-9 ta’ April 2024 – Prisum Healthcare S.R.L. vs Autoritatea Vamală Română
Kawża C-252/24, Prisum Healthcare: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fid-9 ta’ April 2024 – Prisum Healthcare S.R.L. vs Autoritatea Vamală Română
ĠU C, C/2024/4444, 22.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4444/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/4444 |
22.7.2024 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fid-9 ta’ April 2024 – Prisum Healthcare S.R.L. vs Autoritatea Vamală Română
(Kawża C-252/24, Prisum Healthcare)
(C/2024/4444)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bucureşti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Prisum Healthcare S.R.L.
Konvenut: Autoritatea Vamală Română
Domandi preliminari
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), kif l-aħħar emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1998 tal-20 ta’ Settembru 2022 li jemenda l-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87 (2) għandha tiġi interpretata fis-sens li:
|
preparazzjoni tal-ikel f’forma likwida li fiha ħadid (bħala sulfat tal-ħadid), kumpless ta’ vitamini, imluħa minerali, estratti tal-ħxejjex, estratti naturali tal-frott, nutrijenti oħra, għasel, zokkor u ġulepp tal-glukosju, li tiġi kkonsmata bħala tali f’doża ta’ 2 kuċċarini kuljum, ikkummerċjalizzata fi fliexken tal-plastik ta’ 200 ml, intiża għal użu speċifiku għall-produzzjoni tal-emoglobina u taċ-ċelloli tad-demm il-ħomor u li għandha l-funzjoni ta’ suppliment tal-ikel li jikkontribwixxi għall-bilanċ tas-saħħa, għall-benesseri ġenerali tal-ġisem u għall-funzjonament normali tas-sistema immunitarja, taqa’ taħt l-intestatura 2202 tan-Nomenklatura Magħquda msemmija iktar ’il fuq peress li l-forma likwida tagħha għandha l-effett li teskludiha milli tiġi kklassifikata taħt l-intestatura 2106? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.
(2) ĠU 2022, L 282, p. 1, rettifika fil-ĠU 2023, L 159, p. 150.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4444/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)