Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.
Dokumentum 62024CN0138
Case C-138/24: Action brought on 20 February 2024 – European Commission v Grand Duchy of Luxembourg
Kawża C-138/24: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2024 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Kawża C-138/24: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2024 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
ĠU C, C/2024/2291, 2.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2291/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/2291 |
2.4.2024 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2024 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-138/24)
(C/2024/2291)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels, A. Ferrand, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tikkonstata li l-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2006 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU 2016, L 193, p. 1), billi żied l-entitajiet ta’ titolizzazzjoni fir-rigward tal-lista ta’ tipi ta’ impriżi finanzjarji elenkati fl-Artikolu 2(5) ta’ din id-direttiva, sabiex jippermetti l-esklużjoni tagħhom mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar il-limitazzjoni tal-interessi tal-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva; |
— |
tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni ssostni li l-Gran Dukat tal-Lussemburgu żied mat-tipi ta’ impriżi finanzjarji elenkati fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2016/1164 l-entitajiet ta’ titolizzazzjoni, u dan sa biex jippermetti l-esklużjoni tagħhom mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar il-limitazzjoni tal-interessi fis-sens tal-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva.
L-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2016/1164 jipprevedi, ċertament, l-għażla għall-Istati Membri li jeskludu l-impriżi finanzjarji mil-limitazzjoni tat-tnaqqis tal-kostijiet tas-self eċċessivi għall-kalkolu tal-bażi taxxabbli għat-taxxa tal-kumpanniji. Issa, l-Artikolu 2(5) ta’ din id-direttiva jinkludi lista eżawrjenti tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ impriżi finanzjarji. L-entitajiet ta’ titolizzazzjoni ma jagħmlux parti minn din il-lista u għalhekk ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ impriżi finanzjarji fis-sens tal-imsemmija direttiva.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2291/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)