EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0232

Kawża T-232/23: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2023 – LW vs Il-Kummissjoni

ĠU C 261, 24.7.2023, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/37


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2023 – LW vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-232/23)

(2023/C 261/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: LW (rappreżentanti: S. Birenbaum-De Guchteneere u M. Tournay, lawyers)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2020;

sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-evalwatur ta’ appell tat-13 ta’ Lulju 2022 li kkonfermat ir-rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2020 u ċaħdet l-appell tal-11 ta’ Marzu 2022 (irreġistrata taħt in-Nru 507857);

sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-24 ta’ Jannar 2023 li ċaħdet l-ilment imressaq permezz ta’ nota tas-7 ta’ Settembru 2022 (irreġistrata taħt in-Nru R/422/22);

tordna l-kumpens għad-danni morali mġarrba;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-ksur tal-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8985 tas-16 ta’ Diċembru 2013 dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal u li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal (iktar ’il quddiem id-“DĠI”), tal-Artikoli 5, 6 u 7 tad-DĠI, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq użu ħażin ta’ poter u fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE, tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, fuq żball manifest u fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fuq l-Artikolu 1d(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq ksur tad-dmir ta’ premura fir-rigward tal-uffiċjali.


Top