Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0188

Kawża T-188/23: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2023 – IU Internationale Hochschule vs EUIPO (IU International University of Applied Sciences)

ĠU C 189, 30.5.2023, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/38


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2023 – IU Internationale Hochschule vs EUIPO (IU International University of Applied Sciences)

(Kawża T-188/23)

(2023/C 189/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: IU Internationale Hochschule GmbH (Erfurt, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Heise, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali li tindika l-Unjoni Ewropea “IU International University of Applied Sciences” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 628 092

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 19512022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 72(2) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 72(2) moqri flimkien mal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top