Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0061

    Kawża T-61/23: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2023 – Ona Investigación vs EUIPO – Formdiet (BIOPÔLE)

    ĠU C 112, 27.3.2023, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 112/46


    Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2023 – Ona Investigación vs EUIPO – Formdiet (BIOPÔLE)

    (Kawża T-61/23)

    (2023/C 112/60)

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Ona Investigación, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: T. Villate Consonni, abogada)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Formdiet, SA (Alcarras, Spanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BIOPÔLE – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 157 716

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 1097/2022-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali tagħti sentenza li tilqa’ t-talbiet tagħha u li tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark kontenzjuża.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top