EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0019

Kawża T-19/23: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2023 – Laboratorios Normon vs EUIPO – Sofar (NORMOCARE)

ĠU C 83, 6.3.2023, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/28


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2023 – Laboratorios Normon vs EUIPO – Sofar (NORMOCARE)

(Kawża T-19/23)

(2023/C 83/36)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratorios Normon, SA (Tres Cantos, Spanja) (rappreżentant: I. Gonzalez-Mogena Gonzalez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sofar SpA (Trezzano Rosa, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “NORMOCARE” – Trade mark tal-Unjoni Nru 17 767 294

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ottubru 2022 fil-Każ R 916/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u, sa fejn ikun xieraq, lil Sofar Spa għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top