This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023TA0157
Case T-157/23: Judgment of the General Court of 24 April 2024 – Kneipp v EUIPO – Patou (Joyful by nature)
Kawża T-157/23: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2024 – Kneipp vs EUIPO – Patou (Joyful by nature)
Kawża T-157/23: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2024 – Kneipp vs EUIPO – Patou (Joyful by nature)
ĠU C, C/2024/3609, 17.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3609/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/3609 |
17.6.2024 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2024 – Kneipp vs EUIPO – Patou (Joyful by nature)
(Kawża T-157/23) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Joyful by nature - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea JOY - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Dannu għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Prova tar-reputazzjoni - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti)
(C/2024/3609)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Kneipp (GmbH (Würzburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Pejman, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Jean Patou (Pariġi, Franza)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Jannar 2023 (Każ R 532/2022-2).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3609/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)