This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0583
Case C-583/23, Delda: Request for a preliminary ruling from the Cour de cassation — Chambre criminelle (France) lodged on 22 September 2023 — AK v Ministère public
Kawża C-583/23, Delda: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation – Chambre criminelle (Franza) fit-22 ta’ Settembru 2023 – AK vs Ministère public
Kawża C-583/23, Delda: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation – Chambre criminelle (Franza) fit-22 ta’ Settembru 2023 – AK vs Ministère public
ĠU C, C/2024/1235, 12.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1235/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2024/1235 |
12.2.2024 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation – Chambre criminelle (Franza) fit-22 ta’ Settembru 2023 – AK vs Ministère public
(Kawża C-583/23, Delda (1))
(C/2024/1235)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation – Chambre criminelle
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: AK
Konvenut: Ministère Public
Domanda preliminari
L-Artikoli 1 u 3 tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu lill-awtorità ġudizzjarja ta’ Stat Membru tagħti jew tikkonvalida ordni ta’ investigazzjoni Ewropew li l-għan tagħha huwa, minn naħa, li l-imputat jiġi nnotifikat bl-att tal-akkuża, li jinkludi wkoll ordni ta’ arrest jew ħlas ta’ pleġġ, u, min-naħa l-oħra, li l-imputat jinstema’ sabiex huwa jkun jista’, fil-preżenza tal-avukat tiegħu, jagħmel kull osservazzjoni utli dwar il-fatti ddikjarati fl-imsemmi att?
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1235/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)