Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0486

    Kawża C-486/23, S.: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fil-31 ta’ Lulju 2023 – S. sp. z o.o. vs V. sp. z o.o.

    ĠU C, C/2023/1280, 11.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1280/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1280/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje C


    C/2023/1280

    11.12.2023

    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fil-31 ta’ Lulju 2023 – S. sp. z o.o. vs V. sp. z o.o.

    (Kawża C-486/23, S.)

    (C/2023/1280)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Najwyższy

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: S. sp. z o.o.

    Konvenut: V. sp. z o.o.

    Domandi preliminari

    1)

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE flimkien mal-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza fil-Kawża C-487/19 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-assenjazzjoni ta’ mħallef fis-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) bħala ġudikant temporanju f’awla oħra tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) mingħajr il-kunsens tiegħu tikser il-prinċipju ta’ irremovibbiltà u ta’ indipendenza tal-imħallfin b’mod analogu għat-trasferiment ta’ mħallef ta’ qorti ordinarja bejn żewġ diviżjonijiet tal-istess qorti, fejn:

    l-imħallef ikun ġie assenjat biex jiddeċiedi f’kawżi li s-suġġett tagħhom ma jkoprix il-kompetenzi sostantivi tal-awla li fi ħdanha l-imħallef tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) nħatar bħala ġudikant;

    mid-deċiżjoni ta’ tali assenjazzjoni lill-imħallef ma jiġi żgurat ebda rimedju ġudizzjarju li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 118 tas-sentenza fil-Kawża C-487/19;

    l-ordni tal-President Ewlieni tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) dwar l-assenjazzjoni bħala ġudikant f’awla oħra kif ukoll l-ordni tal-President inkarigat mill-ħidma tal-Izba Cywilna Sądu Najwyższego (l-Awla Ċivili tal-Qorti Suprema) dwar l-assenjazzjoni ta’ kawżi speċifiċi ngħataw minn persuni maħtura f’pożizzjonijiet ġudizzjarji tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) taħt l-istess ċirkustanzi bħal dawk fil-Kawża C-487/19, u fid-dawl tal-ġurisprudenza disponibbli dwar proċeduri ġudizzjarji li jinvolvu tali persuni dawn l-ordnijiet huma invalidi jew jiksru d-dritt għal smigħ xieraq tal-parti kkonċernata taħt l-Artikolu 6 tal-KEDB;

    l-assenjazzjoni ta’ mħallef mingħajr il-kunsens tiegħu bħala ġudikant għal żmien determinat speċifiku f’awla oħra tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) minbarra dik li fiha jippresta servizz, filwaqt li jinżamm l-obbligu li jagħti deċiżjonijiet fl-awla oriġinali, ma għandhiex bażi fid-dritt nazzjonali;

    l-assenjazzjoni ta’ mħallef mingħajr il-kunsens tiegħu bħala ġudikant għal terminu speċifiku f’awla oħra tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) minbarra dik li fiha jagħti servizz, tikser l-Artikolu 6b tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1)?

    2)

    Indipendentement mir-risposta għall-ewwel domanda, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma hijiex tribunal “imwaqqaf bil-liġi” qorti li l-formazzjoni ġudikanti tagħha hija kkostitwita b’riżultat ta’ ordni tal-President Ewlieni tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) dwar l-assenjazzjoni bħala ġudikant f’awla oħra tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) kif ukoll l-ordni tal-President inkarigat mill-ħidma tal-Izba Cywilna Sądu Najwyższego (l-Awla Ċivili tal-Qorti Suprema) dwar l-assenjazzjoni ta’ kawżi speċifiċi minn persuni maħtura f’pożizzjonijiet ġudizzjarji tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) taħt l-istess ċirkustanzi bħal dawk fil-Kawża C-487/19, meta l-ġurisprudenza disponibbli turi li l-proċeduri ġudizzjarji li jinvolvu tali persuni maħtura huma invalidi jew jiksru d-dritt għal smigħ xieraq tal-parti kkonċernata taħt l-Artikolu 6 tal-KEDB?

    3)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda jew risposta għat-tieni domanda fis-sens li qorti stabbilita b’dan il-mod ma hijiex tribunal “mwaqqaf bil-liġi”, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE kif ukoll il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-imħallfin maħtura fil-formazzjoni ġudikanti ta’ qorti stabbilita skont kif imsemmi fid-domanda 1 u 2 jistgħu jirrifjutaw li jaġixxu f’kawżi assenjati lilhom, inkluż li jirrifjutaw li jagħtu deċiżjonijiet, billi jqisu bħala ineżistenti l-ordni dwar l-assenjazzjoni bħala ġudikant f’awla oħra tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) kif ukoll dwar l-assenzjazzjoni ta’ kawżi konkreti, jew għandhom jagħtu deċiżjoni fejn iħallu għad-diskrezzjoni tal-partijiet id-deċiżjoni jekk għandhomx eventwalment jikkontestaw billi jnvokaw ksur tad-dritt tal-parti kkonċernata li l-kawża tagħha tinstema’ minn qorti li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE kif ukoll mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1280/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top