This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0477
Case C-477/23, Obshtina Belovo: Request for a preliminary ruling from the Varhoven administrativen sad (Bulgaria) lodged on 25 July 2023 — Obshtina Belovo v Rakovoditel na Upravlyavashtia organ na Operativna programa ‘Okolna sreda’ 2014 — 2020
Kawża C-477/23, Obshtina Belovo: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fil-25 ta’ Lulju 2023 – Obshtina Belovo vs Rakovoditel na Upravlyavashtia organ na Operativna programa “Okolna sreda” 2014-2020
Kawża C-477/23, Obshtina Belovo: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fil-25 ta’ Lulju 2023 – Obshtina Belovo vs Rakovoditel na Upravlyavashtia organ na Operativna programa “Okolna sreda” 2014-2020
ĠU C, C/2023/501, 6.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/501/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2023/501 |
6.11.2023 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fil-25 ta’ Lulju 2023 – Obshtina Belovo vs Rakovoditel na Upravlyavashtia organ na Operativna programa “Okolna sreda” 2014-2020
(Kawża C-477/23, Obshtina Belovo)
(C/2023/501)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Obshtina Belovo
Konvenut: Rakovoditel na Upravlyavashtia organ na Operativna programa “Okolna sreda” 2014-2020
Domandi preliminari
1) |
Il-punti 10, 36 u 37 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1) jistgħu jiġu interpretati b’mod li jippermettu dispożizzjoni jew prassi nazzjonali dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li bis-saħħa tagħhom, f’sitwazzjoni bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, minn fost il-muniċipalitajiet imsieħba (partijiet f’kuntratt amministrattiv ta’ għajnuna finanzjarja fil-forma ta’ għotja) tkun biss dik li ffirmat dan il-kuntratt amministrattiv s-sieħeb prinċipali li titqies li hija l-benefiċjarju ta’ għajnuna mogħtija b’riżorsi tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (iktar ’il quddiem il-“FSIE”)? F’sitwazzjoni bħal dik ineżami, liema huma l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex organizzazzjoni tiġi kklassifikata bħala l-benefiċjarja fis-sens tal-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1303/2013? |
2) |
Il-punti 10, 36 u 37 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1303/2013 jistgħu jiġu interpretati b’mod li jippermettu dispożizzjoni jew prassi nazzjonali dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li bis-saħħa tagħhom, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, korrezzjoni finanzjarja minħabba ksur tar-regoli dwar l-għoti ta’ kuntratt pubbliku mwettaq minn operatur ekonomiku tiġi ddeterminata permezz ta’ att li d-destinatarju tiegħu jkun operatur ekonomiku ieħor, li ma jkunx wettaq l-allegat ksur iżda li jkun iffirma l-kuntratt amministrattiv ta’ għajnuna finanzjarja fil-forma ta’ għotja bħala s-sieħeb prinċipali? |
3) |
Ir-Regolament Nru 1303/2013 jippermetti dispożizzjoni jew prassi nazzjonali dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li bis-saħħa tagħhom ir-responsabbiltà għall-korrezzjoni finanzjarja tista’ titqassam kuntrattwalment bejn l-imsieħba fil-proċedura, jew kull operatur ekonomiku għandu jġorr ir-responsabbiltà għall-korrezzjonijiet finanzjarji dovuti għall-ksur imwettaq minnu fl-użu tar-riżorsi tal-FSIE fil-kuntest tal-kuntratti li fihom ikun parti? |
4) |
L-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jippermettu prassi tal-awtoritajiet u tal-qrati nazzjonali, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li bis-saħħa tagħha l-muniċipalità li fir-rigward tagħha jkun allegat li kisret iż-Zakon za obshtestvenite porachki (il-Liġi dwar il-Kuntratti Pubbliċi) fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku inkonnessjoni mal-użu ta’ fondi tal-FSIE, ma tingħatax id-dritt li tipparteċipa fil-proċedura għad-determinazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja applikabbli għall-kuntratt konkluż minnha u lanqas ma tingħata d-dritt li tipparteċipa fil-proċedura ġudizzjarja mressqa kontra dan l-att amministrattiv, u dan sa fejn, bħala sieħeb, din il-muniċipalità tibbenefika minn rimedju ċivili taħt il-kuntratt ta’ sħubija bħala s-sieħeb prinċipali? |
(1) ĠU 2013, L 347, p. 320, rettifiki fil-ĠU 2016, L 200, p. 140, fil-ĠU 2019, L 66, p. 6, u fil-ĠU 2022, L 146, p. 155.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/501/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)