This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0239
Case C-239/23, Karl und Georg Anwander Güterverwaltung: Request for a preliminary ruling from the Verwaltungsgericht Sigmaringen (Germany) lodged on 17 April 2023 — Karl und Georg Anwander GbR Güterverwaltung v Land Baden-Württemberg
Kawża C-239/23, Karl und Georg Anwander Güterverwaltung: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Sigmaringen (il-Ġermanja) fis-17 ta’ April 2023 – Karl und Georg Anwander GbR Güterverwaltung vs Land Baden-Württemberg
Kawża C-239/23, Karl und Georg Anwander Güterverwaltung: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Sigmaringen (il-Ġermanja) fis-17 ta’ April 2023 – Karl und Georg Anwander GbR Güterverwaltung vs Land Baden-Württemberg
ĠU C 252, 17.7.2023, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Sigmaringen (il-Ġermanja) fis-17 ta’ April 2023 – Karl und Georg Anwander GbR Güterverwaltung vs Land Baden-Württemberg
(Kawża C-239/23, Karl und Georg Anwander Güterverwaltung)
(2023/C 252/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Sigmaringen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Karl und Georg Anwander GbR Güterverwaltung
Konvenut: Land Baden-Württemberg
Intervenjent: Freistaat Bayern
Domandi preliminari
1) |
Dispożizzjoni amministrattiva jew prassi nazzjonali fil-qasam tal-appoġġ għall-iżvilupp rurali li teskludi l-ħlas ta’ allowance kumpensatorja għal superfiċji li jinsabu f’żoni muntanjużi u f’żoni oħra li jaffaċċjaw restrizzjonijiet biss minħabba li s-superfiċji eliġibbli għall-allowance kumpensatorja jinsabu barra mir-reġjun, fis-sens tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), tal-Istat Membru li jagħti l-allowance kumpensatorja hija konformi mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(1) u mal-Artikolu 31(2), kif ukoll mal-Artikolu 32(1)(a), mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 32(2) u mat-tieni u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 32(3) tar-Regolament Nru 1305/2013? Il-post tax-xogħol tal-bidwi li jaħdem is-superfiċji jikkostitwixxi kriterju ta’ differenzjazzjoni permissibbli f’dan ir-rigward? |
2) |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjonijiet ta’ Stat Membru jew ta’ reġjun tal-Istat Membru li ddeċieda li jagħti pagamenti lill-bdiewa li joperaw f’żoni muntanjużi u f’żoni oħra li jaffaċċjaw restrizzjonijiet, fis-sens tal-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, għandhom ikunu redatti b’tali mod li l-pagament għandu jingħata wkoll għal superfiċji li tkun ġiet ikklassifikata bħala żona muntanjuża jew żona oħra li taffaċċja restrizzjonijiet, fis-sens tal-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, minn Stat Membru ieħor jew minn reġjun ieħor tal-istess Stat Membru li wkoll iddeċieda li jagħti pagamenti lill-bdiewa li joperaw f’żoni muntanjużi u f’żoni oħra li jaffaċċjaw restrizzjonijiet fis-sens tal-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013? |
3) |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(1) u l-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, bħala prinċipju, minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta direttament dritt, taħt id-dritt tal-Unjoni, favur il-bidwi għall-għoti tal-pagament (allowance kumpensatorja) mill-Istat Membru jew mir-reġjun tal-Istat Membru, meta l-bidwi jkun bidwi attiv li jaħdem superfiċji li jkunu ġew ikklassifikati mill-Istat Membru jew mir-reġjun tal-Istat Membru bħala żona muntanjuża jew żona oħra li taffaċċja restrizzjonijiet fis-sens tal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u meta l-Istat Membru kkonċernat jew ir-reġjun tiegħu jkun iddeċieda li jagħti pagamenti (allowances kumpensatorji) fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013? Fil-każ ta’ risposta affermattiva għal din id-domanda:
|
4) |
Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tielet domanda: L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjonijiet ta’ Stat Membru jew ta’ wieħed mir-reġjuni tiegħu li jinkludu l-kundizzjonijiet tal-għoti tal-pagament (allowance kumpensatorja) fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(1) tar-Regolament Nru 1305/2013 għandhom ikunu ta’ kwalità ġuridika li jippermettu li l-bdiewa jkollhom dritt għall-għoti tal-pagament (allowance kumpensatorja) jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet għal pagament stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat jew mir-reġjuni tiegħu, indipendentement mill-prassi fil-fatt applikata mill-Istat Membru jew mir-reġjun tiegħu fil-qasam tal-appoġġ għall-iżvilupp rurali? |