EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0236

Kawża C-236/23, Matmut: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-7 ta’ April 2023 – Mutuelle assurance des travailleurs mutualistes (Matmut) vs TN et

ĠU C 296, 21.8.2023, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-7 ta’ April 2023 – Mutuelle assurance des travailleurs mutualistes (Matmut) vs TN et

(Kawża C-236/23, Matmut)

(2023/C 296/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mutuelle assurance des travailleurs mutualistes (Matmut)

Konvenuti: TN, Société MAAF assurances, Fonds de garantie des assurances obligatoires de dommages (FGAO), PQ

Domandi preliminari

L-Artikoli 3 u 13 tad-Direttiva Nru 2009/103 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li n-nullità tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur tiġi ddikjarata eżegwibbli kontra l-passiġġier vittma meta huwa jkun ukoll id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni li jkun wettaq intenzjonalment dikjarazzjoni falza fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt li tkun wasslet għal din in-nullità?


(1)  Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU 2009, L 263, p. 11).


Top