This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0125
Case C-125/23, Unedic: Request for a preliminary ruling from the Cour d’appel d’Aix-En-Provence (France) lodged on 1 March 2023 — Association Unedic délégation AGS de Marseille v V, W, X, Y, Z, liquidator of company K
Kawża C-125/23, Unedic: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel d’Aix-en-Provence (Franza) fl-1 ta’ Marzu 2023 – Association Unedic délégation AGS de Marseille vs V, W, X, Y, Z, stralċjarju tal-kumpannija K
Kawża C-125/23, Unedic: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel d’Aix-en-Provence (Franza) fl-1 ta’ Marzu 2023 – Association Unedic délégation AGS de Marseille vs V, W, X, Y, Z, stralċjarju tal-kumpannija K
ĠU C 189, 30.5.2023, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel d’Aix-en-Provence (Franza) fl-1 ta’ Marzu 2023 – Association Unedic délégation AGS de Marseille vs V, W, X, Y, Z, stralċjarju tal-kumpannija K
(Kawża C-125/23, Unedic)
(2023/C 189/23)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel d’Aix-en-Provence
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Association Unedic délégation AGS de Marseille
Konvenuti: V, W, X, Y, Z, stralċjarju tal-kumpannija K
Domandi preliminari
1) |
Id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom (1) tista’ tiġi interpretata fis-sens li hija tippermetti li l-istituzzjoni ta’ garanzija tkun eskluża milli tassumi r-responsabbiltà għall-ħlas tal-kumpens fi tmiem ir-relazzjoni ta’ xogħol, fejn impjegat jiddikjara t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tiegħu wara li tkun inbdiet proċedura ta’ insolvenza? |
2) |
Tali interpretazzjoni hija konformi mal-kliem u mal-iskop ta’ din id-direttiva u tippermetti li jinkisbu r-riżultati mfittxija minn din tal-aħħar? |
3) |
Tali interpretazzjoni, ibbażata fuq il-persuna li tittermina l-kuntratt ta’ xogħol waqt il-perijodu ta’ insolvenza, twassal għal differenza fit-trattament bejn l-impjegati? |
4) |
Tali differenza fit-trattament, kemm-il darba teżisti, hija oġġettivament iġġustifikata? |