Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0053

    Kawża C-53/23, Asociaţia “Forumul Judecătorilor din România”: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Piteşti (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Marzu 2023 – Asociaţia “Forumul Judecătorilor din România”, Asociaţia “Mişcarea pentru Apărarea Statutului Procurorilor” vs Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Procurorul General al României

    ĠU C 189, 30.5.2023, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 189/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Piteşti (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Marzu 2023 – Asociaţia “Forumul Judecătorilor din România”, Asociaţia “Mişcarea pentru Apărarea Statutului Procurorilor” vs Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Procurorul General al României

    (Kawża C-53/23, Asociaţia “Forumul Judecătorilor din România”)

    (2023/C 189/13)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel Piteşti

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Asociaţia “Forumul Judecătorilor din România”, Asociaţia “Mişcarea pentru Apărarea Statutului Procurorilor”

    Konvenut: Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Procurorul General al României

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 2 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, flimkien mal-Artikolu 12 u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprekludu t-tqegħid ta’ limiti fuq it-tressiq ta’ azzjonijiet ġudizzjarji mill-assoċjazzjonijiet professjonali tal-membri tal-ġudikatura, intiżi sabiex jippromwovu u jiddefendu l-indipendenza tal-ġudikatura u l-Istat tad-dritt, kif ukoll sabiex jissalvagwardjaw l-istatus tal-professjoni, bl-introduzzjoni tal-kundizzjoni eċċessivament restrittiva tal-eżistenza ta’ interess privat leġittimu, abbażi ta’ deċiżjoni vinkolanti tal-Înalta Curțe de Casație și Justiție (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, ir-Rumanija), segwita minn prassi ġurisprudenzjali nazzjonali, f’kawżi simili għal dik fil-kawża prinċipali li fiha tressqet din it-talba, li timponi rabta diretta bejn l-att amministrattiv suġġett għall-istħarriġ tal-legalità mill-qrati u l-iskop dirett u l-għanijiet tal-assoċjazzjonijiet professjonali tal-membri tal-ġudikatura, previsti fl-istatuti tagħhom, f’sitwazzjonijiet fejn l-assoċjazzjonijiet ifittxu li jiksbu protezzjoni ġudizzjarja effettiva f’oqsma rregolati mid-dritt tal-Unjoni konformement mal-iskop u mal-għanijiet ġenerali tal-istatut tal-assoċjazzjonijiet?

    2)

    Fid-dawl tar-risposta għall-ewwel domanda, l-Artikolu 2, l-Artikolu 4(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, l-Anness IX tal-Att ta’ Adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/928 tat-13 ta’ Diċembru 2006 dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għall-kooperazzjoni u l-verfika tal-progress fir-Rumanija sabiex jiġu indirizzati punti ta’ riferiment speċifiċi fl-oqsma tar-riforma ġudizzjarja u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni (1), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrestrinġi l-kompetenza tad-Direcția Națională Anticorupție (id-Direttorat Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni, ir-Rumanija) billi tassenja l-kompetenza esklużiva ta’ investigazzjoni ta’ reati ta’ korruzzjoni (lato sensu) imwettqa minn membri tal-ġudikatura u minn prosekuturi lil prosekuturi maħtura speċifikament (mill-Procurorul General al României (il-Prosekutur Ġenerali tar-Rumanija), fuq proposta tal-assemblea plenarja tal-Consiliul Superior al Magistraturii (il-Kunsill Superjuri tal-Ġudikatura, ir-Rumanija)) fl-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku anness mal-Înalta Curte de Casație și Justiție (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja) jew fl-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku anness mal-qrati tal-appell, fejn dawn tal-aħħar għandhom ukoll ġurisdizzjoni fuq il-kategoriji l-oħra ta’ reati mwettqa mill-membri tal-ġudikatura u mill-prosekuturi?


    (1)   ĠU 2007, L 142M, p. 825.


    Top