Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0679

    Kawża T-679/22: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – Shaman Spirits vs EUIPO – Global Drinks Finland (LAPLANDIA Land of purity et al.)

    ĠU C 15, 16.1.2023, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 15/45


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2022 – Shaman Spirits vs EUIPO – Global Drinks Finland (LAPLANDIA Land of purity et al.)

    (Kawża T-679/22)

    (2023/C 15/59)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Oy Shaman Spirits Ltd (Tyrnävä, il-Finlandja) (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Global Drinks Finland Oy (Ħelsinki, il-Finlandja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade marks figurattivi tal-Unjoni Ewropea LAPLANDIA Land of purity et al. – Trade marks tal-Unjoni Nru 6 491 914, Nru 7 087 281 u Nru 14 786 883

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedura biex isiru l-entrati ta’ liċenzji fir-Reġistru

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 909/2021-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali, inklużi dawk relatati mal-proċedimenti quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikoli 25, 26 u 27 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikol 103 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top