Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0665

    Kawża T-665/22: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Novembru 2022 – SkinIdent vs EUIPO – Beiersdorf (NIVEA SKIN-IDENTICAL Q10)

    ĠU C 472, 12.12.2022, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 472/49


    Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Novembru 2022 – SkinIdent vs EUIPO – Beiersdorf (NIVEA SKIN-IDENTICAL Q10)

    (Kawża T-665/22)

    (2022/C 472/57)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: SkinIdent AG (Freienbach, l-Isvizzera) (rappreżentant: U. Hildebrandt, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Beiersdorf AG (Hamburg, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “NIVEA SKIN-IDENTICAL Q10” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 041 739

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 1499/2021-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-1 ta’ Lulju 2021 fil-Każ B 3 091 527;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top