EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0569

Kawża T-569/22: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2022 – QZ vs EIB

ĠU C 451, 28.11.2022, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 451/15


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2022 – QZ vs EIB

(Kawża T-569/22)

(2022/C 451/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: QZ (rappreżentanti: L. Levi u P. Baudoux, avukati)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet tal-konvenut datati l-5 ta’ Ottubru 2021 u t-8 ta’ Marzu 2022 li fihom il-konvenut jallega li r-rikorrent kellu assenzi mhux iġġustifikati matul tliet perijodi kkontestati;

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tat-3 ta’ Ġunju 2022 li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal reviżjoni amministrattiva u li tikkonferma li r-rikorrent kellu assenzi mhux iġġustifikati għal tliet perijodi kkontestati;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni sostnuti mir-rikorrent; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tal-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-motivi li ġejjin.

1.

Dwar l-ewwel perijodu kkontestat, ir-rikorrent iressaq tliet motivi, li jsostnu ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-Artikolu 3.6 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u, ksur tad-dmir ta’ diliġenza.

2.

Dwar it-tieni perijodu kkontestat, ir-rikorrent iressaq żewġ motivi, li jsostnu ksur tad-dmir ta’ diliġenza u ksur tal-Artikolu 2.1, C, tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal.

3.

Dwar it-tielet perijodu kkontestat, ir-rikorrent iressaq motiv wieħed, li jsostni li l-konvenut ma kellux dritt skont il-liġi li jikkontesta ċ-ċertifikat mediku tar-rikorrent.


Top