This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TN0529
Case T-529/22: Action brought on 30 August 2022 — QT v EIB
Kawża T-529/22: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2022 – QT vs BEI
Kawża T-529/22: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2022 – QT vs BEI
ĠU C 389, 10.10.2022, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 389/22 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2022 – QT vs BEI
(Kawża T-529/22)
(2022/C 389/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: QT (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Bank Ewropew ta’ Investiment (BEI)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat; konsegwentement, |
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-28 ta’ Settembru 2021 għall-irkupru ta’ somma ta’ EUR 61 186,61 u d-deċiżjoni tal-20 ta’ Mejju 2022 li tiċħad ir-rikors amministrattiv tar-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-BEI għall-irkupru tas-somom miġbura, flimkien mal-interessi moratorji, fejn ir-rata tal-interessi moratorji tiġi stabbilita skont ir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’żewġ punti; |
— |
tikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu kontra d-deċiżjoni tal-Bank Ewropew ta’ Investiment (BEI) tat-28 ta’ Settembru 2021 għall-irkupru tal-ammont ta’ EUR 61 186,61, imħallsa indebitament abbażi ta’ allowances tal-edukazzjoni, ta’ allowances għal ulied dipendenti u vantaġġi relatati matul il-perijodu li jmur lil hinn minn Lulju 2014 sa Ġunju 2017, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-preskrizzjoni ta’ ħames snin prevista mill-Artikolu 16(3) tad-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli tal-membru tal-persunal tal-BEI (iktar ’il quddiem id-“dispożizzjonijiet amministrattivi”). |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 16 tad-dispożizzjonijiet amministrattivi sa fejn, minbarra l-preskrizzjoni ta’ ħames snin, il-kundizzjonijiet għal irkupru ma humiex soddisfatti. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 2.2.2 u 2.2.4 tad-dispożizzjonijiet amministrattivi u fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni. |