Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0386

    Kawża T-386/22: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2022 – QF vs Il-Kunsill

    ĠU C 318, 22.8.2022, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 318/43


    Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2022 – QF vs Il-Kunsill

    (Kawża T-386/22)

    (2022/C 318/57)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: QF (rappreżentanti: T. Marembert u A. Bass, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/582 tat-8 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti;

    tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/581 tat-8 ta’ April 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2), sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrenti;

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti ssostni, minn naħa, li ebda prova tal-Kunsill ma tissodisfa r-rekwiżiti tal-ġurisprudenza Ewropea fil-qasam tal-istandard u tal-kwalità tal-prova u, min-naħa l-oħra, li ebda waħda mid-dikjarazzjonijiet tal-motivazzjoni tal-Kunsill ma ġiet stabbilita. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tipproduċi insostenn tal-motiv tagħha l-elementi ta’ natura patrimonjali li jippermettu li jiġi stabbilit li l-motivazzjoni tal-Kunsill huwa żbaljat.


    (1)  ĠU 2022, L 110, p. 55, rettifika fil-ĠU 2022, L 141, p. 131.

    (2)  ĠU 2022, L 110, p. 3, rettifika fil-ĠU 2022, L 141, p. 130.


    Top