EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TA0117
Case T-117/22: Judgment of the General Court of 21 February 2024 — Grodno Azot and Khimvolokno Plant v Council (Common foreign and security policy — Restrictive measures adopted in view of the situation in Belarus — Freezing of funds — Lists of persons, entities and bodies subject to the freezing of funds and economic resources — Inclusion and maintenance of the applicant’s name on the lists — Concept of ‘support for the regime’ — State-owned enterprise — Error of assessment)
Kawża T-117/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2024 – Grodno Azot u Khimvolokno Plant vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi – Listi ta’ persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Reġistrazzjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi – Kunċett ta’ ‘appoġġ għar-reġim’ – Impriża li tappartjeni lill-Istat – Żball ta’ evalwazzjoni”)
Kawża T-117/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2024 – Grodno Azot u Khimvolokno Plant vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi – Listi ta’ persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Reġistrazzjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi – Kunċett ta’ ‘appoġġ għar-reġim’ – Impriża li tappartjeni lill-Istat – Żball ta’ evalwazzjoni”)
ĠU C, C/2024/2428, 8.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2428/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/2428 |
8.4.2024 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2024 – Grodno Azot u Khimvolokno Plant vs Il-Kunsill
(Kawża T-117/22) (1)
(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Bjelorussja - Iffriżar ta’ fondi - Listi ta’ persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Reġistrazzjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi - Kunċett ta’ ‘appoġġ għar-reġim’ - Impriża li tappartjeni lill-Istat - Żball ta’ evalwazzjoni”)
(C/2024/2428)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Grodno Azot (Grodno, Bjelorussja), Khimvolokno Plant (Grodno) (rappreżentanti: N. Tuominen u L. Engelen, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Boggio Tomasaz u A. Antoniadis, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħhom bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2125 tat-2 ta’ Diċembru 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU 2021, L 430 I, p. 16), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2124 tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU 2021, L 430 I, p. 1), u t-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/421 tal-24 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU 2023, L 61, p. 41, rettifiki fil-ĠU 2023, L 70, p. 56 u fil-ĠU 2023, L 90, p. 66), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/419 tal-24 ta’ Frar 2023 li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU 2023, L 61, p. 20, rettifiki fil-ĠU 2023, L 71, p. 45 u fil-ĠU 2023, L 90, p. 65), sa fejn dawn l-atti jikkonċernawhom.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Grodno Azot AAT u Khimvolokno Plant huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri proviżorji. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2428/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)