EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TA0116

Kawża T-116/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2024 – Belavia vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja u tal-involviment tal-Bjelorussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi – Organizzazzjoni tal-attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka intiżi li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni jew kontribuzzjoni għall-imsemmija attivitajiet – Profitt mir-reġim ta’ Lukashenka – Żball ta’ evalwazzjoni)

ĠU C, C/2024/4321, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4321/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4321/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4321

15.7.2024

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2024 – Belavia vs Il-Kunsill

(Kawża T-116/22)  (1)

(Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja u tal-involviment tal-Bjelorussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi - Organizzazzjoni tal-attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka intiżi li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni jew kontribuzzjoni għall-imsemmija attivitajiet - Profitt mir-reġim ta’ Lukashenka - Żball ta’ evalwazzjoni)

(C/2024/4321)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Belavia – Belarusian Airlines AAT (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentanti: N. Tuominen u M. Krestiyanova, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Boggio Tomasaz u A. Antoniadis, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, Belavia – Belarusian Airlines AAT, titlob l-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2125 tat-2 ta’ Diċembru 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU 2021, L 430 I, p. 16), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2124 tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU 2021, L 430 I, p. 1) (iktar ’il quddiem l-“atti inizjali”), u, it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/421 tal-24 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU 2023, L 61, p. 41 u rettifiki fil-ĠU 2023, L 70, p. 56 u fil-ĠU 2023, L 90, p. 66), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/419 tal-24 ta’ Frar 2023 li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU 2023, L 61, p. 20 u rettifiki fil-ĠU 2023, L 71, p. 42 u fil-ĠU 2023, L 90, p. 65) (iktar ’il quddiem l-“atti taż-żamma”), sa fejn dawn l-atti jirrigwardawha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Belavia – Belarusian Airlines AAT hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri proviżorji.


(1)   ĠU C 171, 25.4.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4321/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top