Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TA0061

    Kawża T-61/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2023 – OD vs Eurojust (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Assenzjazzjoni mill-ġdid temporanja fl-interess tas-servizz – Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal – Talba għal assistenza – Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal – Miżura provviżorja ta’ allontanament – Kunċett ta’ “att li jista’ jikkawża preġudizzju” – Dritt għal smiegħ – Responsabbiltà)

    ĠU C 189, 30.5.2023, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 189/29


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2023 – OD vs Eurojust

    (Kawża T-61/22) (1)

    (Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Assenzjazzjoni mill-ġdid temporanja fl-interess tas-servizz - Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Miżura provviżorja ta’ allontanament - Kunċett ta’ “att li jista’ jikkawża preġudizzju” - Dritt għal smiegħ - Responsabbiltà)

    (2023/C 189/38)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: OD (rappreżentant: N. de Montigny, avukata)

    Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (rappreżentanti: A. Terstegen-Verhaag u M. Castro Granja, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Ġunju 2021, li permezz tagħha l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) ddeċidiet li tassenjaha mill-ġdid f’pożizzjoni ta’ [kunfidenzjali], kif ukoll, sa fejn ikun meħtieġ, tad-deċiżjoni tal-21 ta’ Ottubru 2021, li permezz tagħha Eurojust ċaħdet l-ilment tagħha tat-22 ta’ Ġunju 2021, u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li sostniet wara dawn id-deċiżjonijiet.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) tas-17 ta’ Ġunju 2021 li tassenja mill-ġdid lil OD f’pożizzjoni ta’ [kunfidenzjali] hija annullata.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Eurojust hija kkundannati tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn OD.


    (1)  ĠU C 119, 14.3.2022.


    Top