Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TA0043

    Kawża T-43/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – Sanrio vs EUIPO – Miroglio Fashion (SANRIO CHARACTERS) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni SANRIO CHARACTERS – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni CARACTÈRE – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

    ĠU C 71, 27.2.2023, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 71/25


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – Sanrio vs EUIPO – Miroglio Fashion (SANRIO CHARACTERS)

    (Kawża T-43/22) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni SANRIO CHARACTERS - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni CARACTÈRE - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

    (2023/C 71/32)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Sanrio Co. Ltd (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: V. Schmitz-Fohrmann, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Raponi u V. Ruzek, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Miroglio Fashion Srl (Alba, l-Italja)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Novembru 2021 (Każ R 2460/2020-2).

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Novembru 2021 (Każ R 2460/2020-2) hija annullata sa fejn tirrigwarda:

    is-“[s]ervizzi ta’ bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut u ordnijiet bil-posta relatati mal-bejgħ ta’ basktijiet, portmonijiet u kartieri; servizzi ta’ bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut u ordnijiet bil-posta relatati mal-prodotti għall-ilbies fis-saqajn u kpiepel; servizzi ta’ bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut u ordnijiet bil-posta relatati mal-bejgħ ta’ oġġetti tal-isport”, li jaqgħu taħt il-klassi 35 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat;

    it-“[t]agħmir u apparat ta’ salvataġġ; tagħmir ta’ protezzjoni personali fil-każ ta’ inċidenti; maskri tal-għaddasa; nuċċalijiet tal-isport; elmi protettivi għall-isports; maskri protettivi; ear plugs għall-għadis; ear plugs għall-għawm”, li jaqgħu taħt il-klassi 9.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Sanrio Co. Ltd u l-EUIPO għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 119, 14.3.2022.


    Top