This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0759
Case C-759/22, Sächsische Ärzteversorgung: Request for a preliminary ruling from the Bundesverwaltungsgericht (Germany) lodged on 15 December 2022 — Sächsische Ärzteversorgung v Deutsche Bundesbank
Kawża C-759/22, Sächsische Ärzteversorgung: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2022 – Sächsische Ärzteversorgung vs Deutsche Bundesbank
Kawża C-759/22, Sächsische Ärzteversorgung: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2022 – Sächsische Ärzteversorgung vs Deutsche Bundesbank
ĠU C 112, 27.3.2023, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2022 – Sächsische Ärzteversorgung vs Deutsche Bundesbank
(Kawża C-759/22, Sächsische Ärzteversorgung)
(2023/C 112/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Sächsische Ärzteversorgung
Konvenut: Deutsche Bundesbank
Domandi preliminari
Domandi dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/231 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Jannar 2018 dwar rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku għal fondi tal-pensjoni (BĊE/2018/2), moqri flimkien mar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (1):
1. |
|
2. |
Ikun hemm dejjem produzzjoni tas-suq bi prezzijiet ekonomikament sinjifikattivi, fis-sens tal-punti 3.17 sa 3.19 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013, bil-kundizzjoni li jiġi ssodisfatt il-“kriterju ta’ 50 %” iddefinit fit-tielet u fir-raba’ sentenza tat-tielet subparagrafu tal-punt 3.19 tal-imsemmi anness, li jikkonsisti f’kopertura ta’ mill-inqas 50 % tal-ispejjeż ta’ produzzjoni għal bejgħ fuq diversi snin, jew għandu jitqies li dan il-kriterju ma huwiex kundizzjoni suffiċjenti (waħda li hija suffiċjenti fiha nnifisha) iżda pjuttost neċessarja li tapplika flimkien maż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti taħt (a) u (b) tat-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-punt 3.19 tal-imsemmi anness? |
3. |
Għall-evalwazzjoni dwar jekk unitajiet istituzzjonali humiex produtturi tas-suq kif iddefinit fil-punt 3.24 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013, għandu jsir mhux biss riferiment għall-punti 3.17, 3.19 u 3.26 tal-Anness A iżda wkoll għar-rekwiżi addizzjonali stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-punt 1.37 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013? |
4. |
|
5. |
Il-punt (f) tat-tielet sentenza tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 2018/231 għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi mill-kunċett ta’ “fondi ta’ pensjoni”, kif iddefinit fl-ewwel sentenza ta’ din id-dispożizzjoni, biss dawk l-unitajiet istituzzjonali li jissodisfaw iż-żewġ kriterji stabbiliti fil-punt 2.117 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013, jew din l-eċċezzjoni tkopri wkoll unitajiet istituzzjonali oħra li, skont il-punt 17.43 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013, għandhom jitqiesu bħala skemi ta’ pensjoni tas-sigurtà soċjali, mingħajr ma jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-punt 2.117 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013? |
6. |
|
(1) ĠU 2018 L 45, p. 3, rettifika fil-ĠU 2019 L 132, p. 47, u ĠU 2013 L 174, p. 1