This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0673
Case C-673/22: Request for a preliminary ruling from the Juzgado de lo Social n.° 1 de Sevilla (Spain) lodged on 27 October 2022 — C.C.C. v Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS), Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)
Kawża C-673/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social n° 1 de Sevilla (Spanja) fis-27 ta’ Ottubru 2022 – CCC vs Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS), Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)
Kawża C-673/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social n° 1 de Sevilla (Spanja) fis-27 ta’ Ottubru 2022 – CCC vs Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS), Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)
ĠU C 112, 27.3.2023, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 1 de Sevilla (Spanja) fis-27 ta’ Ottubru 2022 – CCC vs Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS), Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)
(Kawża C-673/22)
(2023/C 112/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social no1 de Sevilla
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellant: CCC
Konvenuti: Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS), Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)
Domandi preliminari
Il-Juzgado de lo Social no1 de Sevilla jiddeċiedi li:
Jadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fl-ambitu tal-Artikolu 267 TFUE, bid-domandi preliminari li ġejjin, dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5 u tal-premessa 37 tad-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (1):
1) |
L-ommissjoni mil-leġiżlatur Spanjol fl-Artikolu 48(2) tat-Texto Refundido de la Ley del Estatuto de los Trabajadores [(Tfassil mill-Ġdid tal-Liġi dwar l-Istatut tal-Ħaddiema)] u fl-Artikoli 177, 178 u 179 tat-Texto Refundido de la Ley General de la Seguridad Social [(Tfassil mil-Ġdid tal-Liġi Ġenerali għas-Sigurtà Soċjali)], ta’ leġiżlazzjoni li tinvolvi evalwazzjoni tal-ħtiġijiet speċifiċi tal-familja b’ġenitur wieħed, fil-kuntest tal-konċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u tal-familja, li għandha effett fuq il-perijodu intiż sabiex persuna tieħu ħsieb tarbija tat-twelid, meta mqabbel ma’ minuri mwieled fi ħdan familja b’żewġ ġenituri li fiha ż-żewġ ġenituri jistgħu jgawdu minn leave mħallas, fil-każ li dawn jissodisfaw, it-tnejn li huma, il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-provvista tas-sigurtà soċjali, hija konformi mad-Direttiva 2019/1158, li timponi evalwazzjoni speċifika, b’mod partikolari, tat-twelid tal-wild fi ħdan familja b’ġenitur wieħed, sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għal-leave parentali u l-modalitajiet preċiżi ta’ dan tal-aħħar? |
2) |
Ir-rekwiżiti dwar it-teħid tal-leave minħabba t-twelid ta’ wild, il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-provvista finanzjarja tas-sigurtà soċjali u s-sistema tat-teħid tal-leave parentali u, b’mod partikolari, l-estensjoni possibbli tat-tul ta’ dan tal-aħħar jekk ma jkun hemm ebda ġenitur ieħor ħlief l-omm bijoloġika sabiex tieħu ħsieb il-wild, għandhom jiġu interpretati, fl-assenza ta’ regola speċifika prevista mil-leġiżlatur Spanjol, b’mod flessibbli konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni? |