EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0609
Case C-609/22: Request for a preliminary ruling from the Verwaltungsgerichtshof (Austria) lodged on 22 September 2022 — FN
Kawża C-609/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-22 ta’ Settembru 2022 – FN
Kawża C-609/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-22 ta’ Settembru 2022 – FN
ĠU C 15, 16.1.2023, p. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 15/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-22 ta’ Settembru 2022 – FN
(Kawża C-609/22)
(2023/C 15/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellant: FN
Awtorità li kontriha ġie ppreżentat l-appell: Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl (BFA)
Domandi preliminari
1) |
L-akkumulazzjoni ta’ miżuri meħuda, sostnuti jew permessi fi Stat min-naħa ta’ attur li huwa de facto awtorità governattiva u li jikkonsistu, b’mod partikolari, fil-fatt li n-nisa
fis-sens tal-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (1), għandhom jitqiesu li huma serji biżżejjed sabiex jaffettwaw mara b’mod simili kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)(a) ta’ din id-direttiva? |
2) |
Għall-finijiet tal-għoti tal-istatus ta’ ażil, huwa biżżejjed li mara tkun affettwata minn dawn il-miżuri fil-pajjiż ta’ oriġini minħabba s-sempliċi raġuni li hija mara, jew huwa meħtieġ li s-sitwazzjoni individwali ta’ mara tiġi evalwata sabiex jiġi ddeterminat jekk hijiex affettwata minn dawn il-miżuri, meqjusa fl-intier tagħhom, fis-sens tal-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva 2011/95? |